Kampanja Donaturi ta' l-Organi
Il-kampanja donaturi ta' l-organi li saret waqt il-Fiera Internazzjonali ta' Malta kienet success tant li kien hemm 1,549 persuna li irregistrat isimha waqt il-fiera.
Dan habbru l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia. Huwa qal li l-aktar gurnata li fiha rregistraw nies kien nhar il-5 ta' Lulju 1997.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li persuna li tixtieq tibqa' anonima tat donazzjoni ta Lm 500 sabiex jintuzaw ghall-fond tal-kampanja ghal donaturi ta' organi. Huwa kompla jghid li dawn il-flus se jintuzaw biex jigu stampati posters halli jigu mhajjra aktar nies biex jinkitbu bhala donaturi.
Waqt din il-laqgha kien hemm prezenti s-Sinjura Nancy Buhagiar direttrici tal-kumpanija World Marketing li minn jeddha offriet Grillioso Oven sabiex jittella bhala lotterija ghal dawk in-nies li jirregistraw waqt iz-zmien tal-Fiera Internazzjonali ta' Malta.
Il-lotterija ttellghet mis-Sinjura Buhagiar u ntrebhet minn Frances Borg li toqghod 10A Tree Lane St Julians. (DPL 71/97).
Prezenti wkoll kien hemm is-Sur Frank Galea, Direttur tal-Lions Club (Sliema), kif ukoll is-Sinjorina Amy Genovese mill-Ministeru tas-Sahha.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901