Dr. Gavin Gulia f'laqgha ma' l-Association of Caterers and Confectioners
Is-Segretarju Parlamentari æas-Self-Employed, l-Avukat Gavin Gulia, waqt laqæa ta' diskussjoni mal-membri tal-Caterers and Confectioners Association, spjega kif it-transizzjoni mit-taxxa tal-VAT æat-taxxa tad-Dwana u s-Sisa kienet kalma u minæajr skossi. Huwa qal li d-Dipartimenti kollha involuti fit-tóaddim tat-taxxa rrappurtaw taqliba kwieta saóansitra mill-ewwel íurnata ta' l-implimentazzjoni taæha. L-Avukat Gulia sostna li dan huwa fatt poúittiv u wera bið-ðar li d-Dipartimenti kienu ppreparati u organizzati tajjeb biex ióaddmu t-taxxa.
Is-Segretarju Parlamentari Gulia rringrazzja lis-self-employed kollha æall-kooperazzjoni taæhom kemm waqt id-diskussjonijiet li wasslu æall-preparazzjoni tal-liíi kif ukoll waqt it-transizzjoni minn taxxa æall-oóra. Huwa qal li l-Gvern ser jibqa' jóares mill-viðin it-tóaddim tat-taxxa biex jiúgura li jiíu salvagwardjati l-interessi tas-self-employed u tal-konsumatur.
Dr. Gulia sostna li l-formulazzjoni tal-Liíi tad-Dwana u s-Sisa kienet ikkaratteriúúata minn djalogu kontinwu ma' l-oqsma kollha ikkonðernati . Hu qal li dan il-proðess ta' konsultazzjoni se jibqa' æaddej kemm hemm búonn.
Huwa enfasiúúa fuq l-inizjattivi tal-Gvern fil-qasam tas-self-employed u semmà kif fil-perjodu qasir tat-tmien xhur il-Gvern diíà æadda Liíijiet mill-Parlament æall-benefiððju ta' dan is-settur, u li permezz taæhom óeles daqs sittin fil-mija tas-self-employed mill-obbligu li jkunu kolletturi tat-taxxa u nieda skemi ta' assistenza finanzjarja fil-forma ta' soft loans u æotja ta' garanziji. Dawn, sostna il-kelliemi ser jinkoraííixxu aktar inizjattiva privata bl-iskop li dan is-settur jería jirpilja.
Dr. Gulia sostna li æad jonqos óafna aktar x'jitwettaq iúda qal ukoll li b'dak kollu li diíà sar, is-self-employed jinsab f'sitwazzjoni ferm aktar sodisfaðenti minn dik li kien jinsab fiha qabel meta kullóadd kien kollettur tat-taxxa u meta óadd minn neguzjanti ú-úæar ma' kien æadu jista' jibbenefika minn skemi ta' assistenza finanzjarja.
Is-Segretarju Parlamentari qal li s-self-employed æandhom jæinu lilhom infushom billi jersqu aktar lejn edukazzjoni fil-óila maniíerjali. Il-kelliemi sostna li min jaódem æal rasu jkun irid, barra li jbieæ il-prodotti tieæu u s-servizzi tieæu lill-konsumatur, jkun jaf ukoll kif imexxi u jamministra n-negozju tieæu. Huwa qal li wasal iú-úmien li l-æajnuna li jaæti l-Gvern æandha tkun ikkumplimentata bi proðess edukattiv biex jiíi úgurat li min jikkwalifika æall-assistenza jkun imóarreí tajjeb biex jaæmel uúu tajjeb minnha.
Matul din il-laqæa saru suííerimenti minn neguzjanti dwar titjib fil-íeneru tan-negozju taæhom u dwar l-implimentazzjoni tat-taxxa l-ídida. Il-laqæa kienet immexxija mill-President tal-Caterers and Confectioners Association, is-Sur Vincent Friggieri. Preúenti wkoll kien hemm id-Direttur tad-Dipartiment tad-Dwana u s-Sisa , is-Sur Joe Portelli.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901