Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Alfred Portelli jitlob rapport dwar il-Housing fl-Imsida

pr1430
Date Icon 22/07/1997

It-twaqqiegh ta' slums u l-progetti ta' postijiet godda fl-Imsida kienu s-suggetti diskussi waqt laqgha li l-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, kellu l-bierah ma' delegazzjoni mill-Kunsill Lokali ta' l-Imsida fl-ufficcju tieghu fil-Parlament.

Il-Ministru qal li huwa jinsab konxju mill-problema tad-djar fl-Imsida tant li huwa personalment kien zar diversi drabi postijiet substandard f'dan il-lokal, anke meta kien fl-Oppozizzjoni. Huwa semma' li quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali hemm pendenti 167 applikanti mill-Imsida ghall-akkomodazzjoni alternattiva. Huwa qal li l-Ministeru qieghed jaghmel hiltu kollha biex itaffi din il-problema. Huwa qal ukoll li hemm talbiet pendenti dwar progetti ta' twaqqiegh ta' slums quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.

Fuq suggeriment tal-Ministru, s-Sindku, Dr.Karm Grima, wieghed li l-Kunsill kien se jaghmel rapport dwar il-qaghda tal-housing fl-Imsida b'enfasi specjali fuq il-postijiet battala. Il-Ministru ssuggerixxa wkoll li l-Kunsill jipprova jidentifika s-sidien tal-postijiet battala u anke jekk iridu jiddiskutu maghhom bil-ghan li dawn il-postijiet johorgu fis-suq.

Prezenti kien hemm ukoll il-Konsulent tal-Ministru, Dr. Stefan Buontempo, l-Assistent Personali, is-Sur Michael Micallef , ufficjali mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar u mill-Kunsill Lokali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow