Left arrow Mur Lura

Dhul ta' haxix u frott frisk fil-Pitkalija

pr1426
Date Icon 21/07/1997

Kien hemm zieda ta' 3 miljun kilo ta' haxix u frott frisk li ddahhlu fil-Pitkalija fl-ewwel 6 xhur ta' din is-sena fuq l-istess perjodu tas-sena l-ohra.

Minkejja din iz-zieda qawwija fil-produzzjoni, il-prezzijiet li nghataw din is-sena lill-bdiewa ghall-prodotti taghhom baqghu stabbli u jikkomparaw tajjeb mal-prezzijiet li kienu qeghdin jinghataw is-sena l-ohra, ghall-istess prodotti.

Dan qalu, l-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, meta kien qieghed jiltaqa' mal-bdiewa.

Il-Ministru Farrugia kompla jghid li fl-ewwel 6 xhur ta' din is-sena ddahhlu gewwa l-Pitkalija 'l fuq minn 17-il miljun kilo ta' haxix u frott frisk ghall-valur ta' 2.4 miljun lira Maltin (Lm2.4 miljun).

Il-Ministru tkellem ukoll dwar il-produzzjoni tal-patata li din is-sena kienet wahda abbundanti u l-prezz fil-Pitkalija kien wiehed baxx meta mqabbel mas-sena l-ohra.

Huwa qal li huwa talab lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerc sabiex jigi mistharreg jekk dan il-prezz baxx ghall-patata fil-Pitkalija matul l-ahhar 6 xhur giex rifless ukoll fin-nefqa tal-mara tad-dar ghal dan il-prodott hekk essenzjali.

B'riferenza ghal dak li ntqal mix-Shadow Minister dwar il-prezz tal-patata li giet esportata, l-Ministru fakkar li din is-sena giet esportata d-doppju tal-patata esportata s-sena l-ohra u li ghalhekk il-process tal-bejgh irid iz-zmien tieghu.

Il-Ministru temm id-diskors tieghu billi assigura lill-bdiewa li l-prezzijiet ghall-patata esportata jithabbru fil-granet li gejjin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow