Servizz ta' Life Saving fi tlett bajjiet
Minn ghada, is-Sibt, 19 ta' Lulju se jinghata bidu ghall-servizz ta' Life Saving fil-Bajja ta' l-Ghadira, Ghajn Tuffieha u Birzebbuga kull tmiem il-gimgha. Dan habbru l-Ministru minghajr Portafoll fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, l-Onor. Joe Mizzi. Is-servizz huwa sponsorjat mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u se jibqà sejjer sat-18 ta' Settembru.
Din il-hidma se ssir bl-ghajnuna tas-Socjeta Maltija tas-Salib l-Ahmar, tas-St. John Ambulance Brigade u s-St. John Rescue Corps mghejjuna mill-iSpecial Assignment Group.
Il-Ministru Mizzi qal li dan is-servizz fil-bajjiet se jkun ta' ghajnuna fil-pront, f'kaz ta' incidenti, sakemm tasal l-ghajnuna medika mehtiega, u f'kazi ta' incidenti fuq il-bahar. Fit-tlett bajjiet twaqqfu Post tal-Ewwel Ghajnuna u se jkunu provduti dinghies ghal Coastal Life Saving.
Il-Ministru Mizzi qal li hu l-hsieb tal-Gvern li 'l quddiem dan is-servizz jigi estiz bit-twaqqif tal-Maritime Unit tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Hu qal li din hi konferma ta' kif il-Gvern u l-volontarjat jistghu jahdmu flimkien ghall-gid u l-protezzjoni tal-poplu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901