Left arrow Mur Lura

Il-Kummissarju Gholi Ingliz jittiehed izur l-Imtarfa

pr1403
Date Icon 16/07/1997

Il-Kummissarju Gholi Ingliz ghal Malta, Mr Graham Archer, dal-ghodu kien il-mistieden tal-Ministeru ghad-Djar ghal zjara ta' kortesija mal-kumpless residenzjali ta' l-Imtarfa li qabel kien iservi ta' barracks importanti ghas-Servizzi Inglizi f'Malta.

Mr. Archer ha interess kbir f'dan il-kumpless minhabba l-konnessjoni mill-qrib li ghandu mal-prezenza Ingliza f'Malta. Dawn il-barracks kienu gew konvertiti bhala residenzi ghal Maltin fil-bidu tas-snin tmenin.

Huwa ttiehed idur il-"barrack blocks" u anke mar jara l-gymnasium li qieghed jigi restawrat mill-Awtorita' tad-Djar. Attrazzjoni specjali waqt din iz-zjara kien it-torri ta' l-arlogg, meqjus bhala wiehed mill-oghla bini f'Malta. Mr.Archer tela l-144 targa sal-quccata ta' dan it-torri minn fejn seta jara panorama mill-isbah tal-pajjiz kollu.

Il-Kummissarju Gholi kien akkumpanjat mill-Perit Dr. Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru ghad-Djar u Chairman tal-Kumitat tal-Progett tal-Housing ta' l-Imtarfa u s-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager ta' l-Awtrorita' tad-Djar li hija responsabbli mill-kumpless ta' l-Imtarfa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow