Left arrow Mur Lura

Allokati erba' frekwenzi ghal xandir televiziv lill-Awtorita' tax-Xandir

pr1398
Date Icon 15/07/1997

F'laqgha li saret il-lejla fl-Ufficcju tal-Prim Ministru gewwa l-Parlament, l-Awtorita' tax-Xandir giet informata li l-Gvern kien temm ix-xoghol tekniku tieghu rigward l-operat ta' stazzjonijiet lokali godda tat-Televizjoni f'Malta.

Ghalhekk il-Gvern qieghed jalloka lill-Awtorita tax-Xandir erba' frekwenzi ghal xandir televiziv biex hi tallokahom lill-applikanti li ghandha quddiemha. Min jinghata l-licenzja biex ixandar bit-T.V. ikun jista' jtella' l-antenna tieghu ghal xandir terrestru, skond is-soluzzjoni teknika li nstabet. Dan jibqa' soggett ghall-permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u jrid ikun konformi mal-Ligi tal-Wireless and Telegraphy, fost affarijiet ohra, biex it-telespettaturi jkunu protetti minn interferenza.

Il-Gvern fi hsiebu jemenda b'Avviz Legali l-ligi tax-Xandir biex jaghmilha legalment possibbli li x-xandir isir minn antenni individwali u mhux mill-arblu tal-Master Antenna fil-Gharghur. Dan minhabba li l-istrutturi tal-Master Antenna ma jifilhux aktar taghbijiet ta' apparat ghat-trasmissjoni, u minhabba problemi teknici ohra.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow