Tindif tal-Bajjiet
pr1395
15/07/1997
Il-Ministeru tat-Turizmu bil-ghajnuna ta' membri tal- Forzi Armata bdew programm intensiv ta' tnehhija ta' alka mill-bajjiet tat-tramuntana ta' Malta, fosthom fil-bajja tat-Torri l-Abjad; dan wara li l-bahar qawwi ta' dan l-ahhar rega' tella' kwantita ta' alka.
Il-Ministeru hejja pjan sabiex dawn il-bajjiet jibqghu jinzammu ndaf u ghal dan il-ghan qed tkun intensifikata s-sorveljanza fuq haddiema li jnaddfu x-xtut; infatti jwissi li mhux se jkunu tollerati abbuzi.
Il-Ministeru fil-waqt li jappella ghall-koperazzjoni tal-pubbliku sabiex ix-xtut jinzammu ndaf u ma jsirx rimi ta' skart addocc, se jaghmel l-almu kollu biex il-ligi tkun infurzata f'dan ir-rigward.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901