Wirja ta' Arti Kollettiva f'Ghawdex
Is-Sala ta' l-Esibizzjonijiet fis-Segretarjat ghal Ghawdex qed tesebixxi iktar minn mitt bicca ta' pittura u skultura ta' madwar hamsin artist lokali u barrani. Din il-wirja hija parti mill-kalendarju kulturali organizzat ghal dan is-sajf mill-Kunsill tal-Kultura fi hdan is-Segretarjat.
Fil-ftuh tal-wirja, is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, tkellem dwar l-importanza ta' l-arti u l-kultura f'Ghawdex u qal li dan il-qasam qed jinghata kull spazju biex ikompli jizviluppa. Dr Refalo qal li minn dan is-sajf se jibdew jigu organizzati 'Iljieli Sajfin Ghawdxin' - serati ta' folklor, artiggjanat u tradizzjoni li din is-sena se jkunu ccelebrati fl-Gharb. L-iskop huwa li l-attivita' kulturali tkun mifruxa wkoll fl-irhula u ma tibqghax centralizzata f'post wiehed. Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex awgura li dawn l-attivitajiet ikollhom success.
Il-wirja se tibqa' miftuha ghall-pubbliku sa l-10 ta' Awissu. Il-hinijiet tal-ftuh huma mid-9.00 ta' filghodu san-12.30p.m., mit-Tnejn sal-Gimgha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901