Laqghat ta' Informazzjoni dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni
Ghada l-Hadd filghodu se tkompli s-sensiela ta' laqghat ghan-negozjanti. F'dawn il-laqghat, Ufficjali mid-Dipartiment tat-Taxxa, tad-Dwana u Sisa jzuru bliet u rhula Maltin u Ghawdxin biex jispjegaw is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni li hadet post it-taxxa tal-VAT mill-1 ta' Lulju li ghadda.
Il-Hadd li gej, bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar, dawn l-ufficjali se jkunu
- fis-Sala Parrokkjali, Knisja ta' San Pawl, Rabat (Malta); u
- fil-Junior Lyceum tal-Bniet, Triq Luqa Briffa, Zejtun.
Il-laqgha tar-Rabat hi mahsuba primarjament ghan-negozjanti z-zghar tar-Rabat, Dingli u Attard, waqt li dik taz-Zejtun hija mahsuba ghal dawk taz-Zejtun, Marsaxlokk u Birzebbugia.
Dawn il-laqghat jikkoncentraw fuq l-aspetti teknici u legali tas-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni u jinkludu taghrif fuq ir-registrazzjoni taht il-Ligi, il-mili tad-Denunzja (Return), il-hlas tat-taxxa dovuta, x'kotba u records ghandhom jinzammu skond il-Ligi, u x'refunds huma ntitolati ghalihom certi operaturi tan-negozju.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901