22 persuni b'dizabilita' jinghataw postijiet tal-Gvern fi ftit xhur
Il-Ministru ghad-Djar is-Sur Alfred Portelli qal li mill-1 ta' Novembru 1996 sa l-10 ta' Lulju 1997, id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali alloka 22 post lill-persuni bi bzonnijiet specjali. Huwa qal li dan juri l-priorita' li qieghed jaghti l-Gvern ghal din is-sezzjoni tas-socjeta'. Barra minn hekk, qal il-Ministru, l-Awtorita' tad-Djar qieghda tirriserva ghadd ta' maisonettes u appartamenti ghall-persuni b'dizabilita' fil-harga li jmiss.
Il-Ministru kien qieghed jitkellem f'laqgha ta'diskussjoni dwar il-proposti tal-Gvern ghal-Legislazzjoni gdida dwar il-Persuni b'Dizabilita', wahda minn sensiela ta' laqghat li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita', flimkien mal-Ministeru ghal Harsien Socjali qieghdin jorganizzaw dwar din il-ligi gdida. Fil-laqgha tal-lejla, li saret fic-Centru Hidma Socjali, Santa Venera gew diskussi l-facilitajiet ta' djar u servizzi ohra ghall-persuni b'dizabilita.
Il-Ministru qal ukoll li bejn Novembru 1996 u l-10 ta' Lulju 1997 , id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali dahlulu 31 applikazzjoni gdida minn familji li ghandhom persuni b'dizabilita. Fl-istess perjodu, id-Dipartiment alloka 22 post lill-persuni b'dizabilita'.
Is-Sur Portelli fil-bidu tad-diskors tieghu fisser il-politika tal-Gvern dwar dawn il-persuni u qal li l-Ministeru tieghu hadem u qieghed jahdem bla heda biex, mhux biss jipprovdi akkomodazzjoni xierqa lil dawn il-persuni, imma anke johloq accessibilita' adekwata f'bini tal-Gvern, kemm dak gdid u anke dak ezistenti.
Huwa semma d-diversi skemi li ghandu l-Ministeru biex jipprovdi din l-accessibilita' ghall-Persuni b'Dizabilita'. Semma wkoll skema ta' l-Awtorita' tad-Djar li taghti sa Lm1200 biex jirrendu l-post accessibbli u skema ohra tad-Dipartiment tad-Djar li taghti sa Lm500 ghal xoghlijiet u sa Lm800 biex isiru lifts. Il-Ministru qal li f'din il-legislatura l-Ministeru tieghu diga beda, jew se jibda xoghol f'madwar 47 post li dwarhom saret talba lid-Dipartiment, taht din l-iskema.
Il-Ministru semma wkoll il-progett mahsub biex jinbnew aktar sulari fuq blokki ezistenti ta' appartamenti tal-Gvern fejn dan jista' jsir. Dawn se jigu attrezzati b'lifts li zgur jagevolaw persuni b'dizabilita' kull fejn ikun il-kaz.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901