Il-Gvern ixandar l-istudju strategiku ta' Appledore International dwar it-Tarzna ta' Malta
Il-Gvern illum xandar ir-rapport ewlieni mill-istudju strategiku dwar it-Tarzna ta' Malta li Appledore International ghaddiet lill-Kunsill tat- Tarzna ta' Malta fl-4 ta' Lulju 1997 wara li f'Jannar ta' din is-sena l-Kunsill kien ikkummissjonaha biex taghmel efficiency review tat-Tarzna ta' Malta. Is-siltiet ewlenin tar-rapport ta' Appledore International illum qeghdin jitqassmu lill-haddiema kollha tat-Tarzna.
Fil-gimghat li gejjin il-Gvern behsiebu jitlob il-parir tal-Kunsill tat-Tarzna u f'konsultazzjoni wiesgha mal-General Workers Union u mal-haddiema kollha tat-Tarzna u l-Kunsill tat-Tarzna jasal ghad-decizjoni tieghu dwar ir-rapport.
Il-Gvern jistenna li r-rapport ta' Appledore International jistimula diskussjoni serja nazzjonali dwar il-futur tat-Tarzna li l-Gvern jemmen li ghad tista' ssir wahda mill-ahjar u l-aktar tarznari moderni fil-Mediterran.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901