Left arrow Mur Lura

"Min jipprova jabbuza ser jissemma" - Il-Prim Ministru

pr1358
Date Icon 09/07/1997

Il-Prim Ministru Dr Alfred Sant qal illum li l-gvern se jkun qieghed imexxi kampanja ta' informazzjoni li permezz taghha se jkun qieghed isemmi kemm lil dawk li jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni hielsa u gusta u kemm lil dawk li jimxu b'mod gust mal-konsumatur. 'Ic-cittadin jistenna mill-gvern li jitkellem b'mod car. Hekk ghamilna sa issa u hekk se nibqghu naghmlu', sahaq il-Prim Ministru. 'Il-gvern tkellem b'mod car. Qal li bis-sistema gdida ta' tassazzjoni se jkun hemm certi prezzijiet li se joghlew, se jkun hemm certi prezzijiet li se jibqghu stabbli u se jkun hemm certi prezzijiet li ghandhom jorhsu'.

Dr Sant qal li wiehed kien jistenna li se jkun hemm pressjoni shiha minn dawk li ghax kien se jkollhom il-prodotti taghhom li gholew, li jaghmlu hekk. Imma imbaghad wiehed kien jistenna wkoll li min il-prodotti u s-servizzi tieghu kellhom jorhsu, kien fil-fatt se jrahhashom. 'Min ma jaghmilx hekk, min jigifieri izomm l-istess prezz ta' qabel meta l-prezz tieghu ghandu jorhos u anki jipprova jghollih bl-iskuza tas-sistema l-gdida ikun qieghed jikser ir-regoli tal-kompetizzjoni gusta u jkun qieghed jippenalizza lill-konsumatur', sahaq il-Prim Ministru.

'Min jaghmel hekk ikun qieghed jiehu l-flus minn but il-konsumatur, liema flus m'ghandux ghalfejn jghaddihom aktar lill-gvern ghax il-gvern m'ghadux jehodhom dawk il-flus u ... minflok idahhalhom f'butu. Dan hu profiteering u ma hux accettabli. Il-gvern bhal kull cittadin iehor, bhal kull awtorita ohra, bhal kull ghaqda responsabbli ohra ghandu d-dritt li jghid li dan jew dak qieghdin jaghmlu l-profiteering. Wasal iz-zmien illi min qieghed fin-negozju u jkun qieghed jipprova jabbuza, jissemma biex il-poplu jkun jaf x'inhu ghaddej', kompla jghid Dr Sant.

Il-Prim Ministru ghamilha cara li l-gvern m'hux se jghid lill-poplu biex joqghod idur minn hanut ghal hanut biex jara min ghandu l-irhas prezz. 'Ahna se nghidu car u tond, dan il-prodott kellu jitrahhas u ma trahassx. Dan il-prodott kellu jzomm l-istess prezz, izda ma zammx l-istess prezz u ghola. B'hekk il-poplu jkun infurmat'. Dr Sant qal li eventwalment il-gvern ikun jista jghid 'stabbiliment qieghed jimxi kif ghandu jimxi, fil-waqt li dan stabiliment iehor qieghed izomm il-prezzijiet gholja meta suppost irahhashom'.

'Fil-process tal-kampanja ta' marketing li jrid jaghmel il-gvern se jkun qieghed jindika dawk is-setturi tan-negozju, dawk il-prodotti u dawk is-servizzi illi mxew kif ghandhom jimxu, illi zammew il-prezzijiet taghhom stabbli meta kellhom ikunu stabbli, illi rahhsu l-prezzijiet taghhom meta kellhom irahhsu l-prezzijiet, u lil dawk illi ghollew il-prezz taghhom b'mod gust'.

'Il-pubblicita li qed nahsbu fiha hija pubblicita li se tkun gusta ma kulhadd. Certament ahna m'ahniex qed nghidu li l-komunita` kummercjali hija halliela. L-ahhar wiehed li nuza dik il-kelma inkun jien' sahaq Dr Sant.

Il-Prim Ministru qal li fl-istess hin izda c-cittadin jistenna li l-gvern jitkellem b'mod car dwar min jippenalizza lill-konsumatur u dwar min jikser ir-regoli tal-kompetizzjoni hielsa u gusta ghaliex hija permezz ta' din il-kompetizzjoni li l-prezzijiet ikunu kontrollati. 'Il-gvern se jkun qieghed imexxi kampanja li permezz taghha se jkun qieghed isemmi kemm lil dawk li jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni hielsa u gusta u kemm lil dawk li jimxu b'mod gust mal-konsumatur' temm jghid il-Prim Ministru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow