L-Istabilita' u r-rohs fil-prezzijiet ta' prodotti u servizzi
Nhar is-Sibt, 5 ta' Lulju, id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni xandar stqarrija Nru 1327, bit-titlu "Il-Gvern irid jizgura l-istabbilità u r-rohs fil-prezzijiet ta' prodotti u servizzi". Din l-istqarrija semmiet ghadd ta' kumpaniji li l-prezz li kienu qed jiccargjaw ma kienx jirrifletti l-bidla fir-rati tat-taxxa li gabet maghha s-sistema l-gdida ta' tassazzjoni. Fost il-kumpaniji msemmija kien hemm Michael Vella Ltd li, ghall-maintenance tal-liftijiet, kienet qed izzomm prezzijiet b'rati ferm oghla milli ghandu jkun rifless prezentament.
It-twegiba tal-kumpanija li xxandret fil-media bhala risposta ghall-istqarrija tad-Dipartiment jisthoqqilha dawn il-kummenti:
1. Kemm il-Ministeru tal-Finanzi u Kummerc, kif ukoll id-Dipartiment tad-Dwana u s-Sisa, it-tnejn kienu rcevew rapporti li r-rati ta' hlas ghal xoghol ta' manutenzjoni iccargjat mill-kumpanija Michael Vella Ltd kienu oghla minn dawk tas-soltu. Id-Dipartiment tad-Dwana u s-Sisa mill-ewwel ha passi biex jivverifika dawn ir-rapporti.
2. Mir-rapport li ghamlet l-Ispettur tad-Dipartiment li stharrget il-kaz jirrizulta li l-kumpanija Michael Vella Ltd spjegat ir-rati oghla li kienet qed ticcargja l-kumpanija hekk:
a) Il-kumpanija nnifisha kienu gholewlha l-ispejjez mad-dhul tas-sistema gdida ta' tassazzjoni;
b) Il-kumpanija kienet qed tidhol ghal spejjez godda kkagunati minn zieda fil-paga ta' inginier impjegat ghall-infurzar ta' regolamenti dwar safety;
c) Il-kumpanija kellha l-hsieb li taghti zieda fil-paga lill-impjegati taghha.
3. L-Ispettur koncernata tichad kategorikament li hi qatt stqarret li kienet sodisfatta bl-ispjegazzjoni moghtija mill-kumpanija. Ta' min jghid li l-Ispetturi tad-Dipartiment ghandhom struzzjonijiet stretti biex, waqt l-istharrig taghhom, jigbru l-informazzjoni kollha rilevanti ghall-kaz minghajr ma jesprimu opinjoni fuq il-kaz innifsu.
4. Wara li kkunsidra r-rapporti maghmula lid-Dipartiment, kif ivverifikat mill-Ispettur tad-Dipartiment li stharrget il-kaz dwar il-kumpanija Michael Vella Ltd, id-Dipartiment tad-Dwana u s-Sisa jirrizultalu li l-hlas iccargjat mill-kumpanija hu, bejn wiehed u iehor, 25% oghla mill-prezz iccargjat qabel ma kien jigi mizjud il-hlas tal-VAT.
5. Il-hlas il-gdid bl-ebda mod ma jirrifletti l-bidla fir-rati tat-taxxa li gabet maghha s-sistema l-gdida ta' tassazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901