Attivita' sportiva segwita minn mijiet ta' Ghawdxin
pr1353
09/07/1997
It-tigrijiet tal-karozzi li saru fi tmiem il-gimgha li ghaddiet f'Ghawdex, gew segwiti minn mijiet ta' nies li ngabru fi Triq l-Imgarr. L-attivita' giet organizzata ghall-ewwel darba f'Ghawdex mill-Gozo Racing Club u l-Malta Drag Racing Association, bil-kollaborazzjoni tas-Segretajrat Parlamentari ghal Ghawdex.
It-tigrijiet saru biex jingabru fondi ghall-Ghaqda Ghawdxija Persuni bi Bzonnijiet Specjali u kienu attrazzjoni mhux tas-soltu ghall-pubbliku, li attenda numeruz ghalihom. Din l-attivita' giet segwita wkoll mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, li pprezenta l-premijiet lir-rebbieha.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901