Il-Wirja ta' Santa Marija
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, kellu laqgha mas-Socjeta' Agrikola, Industrijali u Kulturali Ghawdxija, li hija inkarigata mill-organizzazzjoni tal-Wirja ta' Santa Marija. Fil-laqgha giet spjegata l-hidma li ghaddejja bhalissa bi preparazzjoni ghall-wirja, li se ssir fl-14 u l-15 ta' Awissu fil-Villa Rundle, ir-Rabat.
Membri tas-Socjeta' fissru l-attivita' li ghaddejja bhalissa biex il-facilitajiet tal-wirja, inkluzi stands ghall-esibizzjoni, ikunu mibdula jew imtejba. Ghall-ewwel darba l-wirja se jkollha manager, biex ikun assigurat li fil-jumejn ta' l-esibizzjoni l-affarijiet ikunu kkontrollati tajjeb ghall-beneficcju ta' min jesebixxi u wkoll tal-pubbliku.
Din is-sena l-wirja se jkollha mal-hamsin esibitur. Il-preparazzjoni taghha qed issir b'kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. Il-wirja temfasizza l-aspett agrikolu tal-gzira izda sezzjonijiet ohra jiffokaw ukoll fuq industrija u kultura.
Il-wirja ta' Santa Marija giet organizzata ghall-ewwel darba fl-1855 u ghal snin twal sal-bidu tas-snin erbghin kienet tigi organizzata fl-Iskola tal-Vajringa. Il-wirja stabilixxiet ruhha bhala attivita' ewlenija fil-kalendarju kulturali t'Ghawdex u llum hija attrazzjoni ghal eluf ta' residenti lokali u wkoll ghal turisti li jkunu Ghawdex fil-jiem ta' Santa Marija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901