Left arrow Go Back

Il-Gvern irid jizgura l-Istabbilita' u r-Rohs fil-Prezzijiet ta' Prodotti u Servizzi

pr1327
Date Icon 05/07/1997

Il-Gvern huwa impenjat li jizgura li jkun hawn stabbilita' u rohs fil-prezzijiet ta' prodotti u servizzi bis-Sistema gdida ta' Tassazzjoni. Id-Dipartiment tal-Kummerc informa lil importaturi u distributuri principali ta' prodotti essenzjali biex jizguraw li l-prezzijiet tal-prodotti li jinbighu fis-suq lokali ikunu jirriflettu l-istruttura gdida ta' tassazzjoni. Id-Dipartiment tal-Kummerc informa lil Alf. Mizzi & Sons (Marketing) Ltd, Paolo Bonnici Ltd,Francis Busuttil & Sons Ltd, Law. Quintano & Co. Ltd,Borg & Aquilina Ltd, Magro Bros Ltd, Tessons Ltd, Zammit & Cachia Ltd, Micallef & Zammit Ltd, JD Trading Ltd, JB Borg Ltd, R. Dingli Ltd, Impact Ltd, Charles Darmanin & Co Ltd,Crown Cold Stores Ltd, Valhmor Borg & Company u Food Drinks Ltd. u enfasizza maghhom l-importanza li dawn izommu l-prezzijiet taghhom stabbli u li ghandhom irahhsu l-prezzijiet ta' prodotti ohrajn skond is-Sistema gdida ta' Tassazzjoni.

Bis-Sistema gdida ta' Tassazzjoni hemm firxa wiesgha ta' prodotti li ghandhom jorhsu fil-prezz. Dawn jinkludu prodotti manifatturati f'Malta bhal fabric conditioners, foil, cling film, detergents tal-likwidu u tat-trab, bleaches, window cleaners, prodotti tal-karta igenika bhal paper napkins, toilet paper, tissues u kitchen towels, inbejjed, ilma minerali, sapun tal-banju, sapun tal-hasil, disinfectants, likwidu tal-hasil ta' l-art u tal-platti, cleansers, garbage bags u insect killers. Prodotti simili li huma importati u li fuqhom mhux se tithallas Sisa fuq l-Importazzjoni (ETI) ghandhom jorhsu bl-istess mod. Prodotti li huma ezenti mis-Sisa fuq l-importazzjoni u fuq il-prodotti ghandhom jibqghu jinbighu bl-istess prezz. Fost dawn hemm il-prodotti ta' l-ikel u l-prodotti farmacewtici u prodotti ohrajn bhal kotba, pitazzi u gurnali.

Il-Ministeru tal-Finanzi qieghed jistenna r-reazzjoni ta' 'Fast Food Outlets' il-kbar bhal MacDonalds, Burger King u Pizza Ltd li bis-Sistema ta' Tassazzjoni ghandhom irahhsu l-prezzijiet tal-prodotti li jbighu. Bit-taxxa tal-VAT dawn l-istabbilimenti kienu jiccargjaw 10% taxxa fuq is-servizzi u l-prodotti ta' l-ikel li joffru. Bit-taxxa tal-VAT kien hemm 15% taxxa fuq ix-xorb servut fi stabbilimenti ta' l-ikel. Bis-Sistema l-gdida dawn issa t-taxxa naqset bin-nofs ghal 5% ETS u ghaldaqstant dan it-tnaqqis fit-taxxa ghandu jkun rifless fis-servizz li jircievi l-konsumatur.

Il-gvern jistenna li l-prezz tas-servizzi ghandhom jorhsu b'mod sinjifikanti. Servizzi bhal trasport u servizzi ohrajn offruti mill-burdnara ghandhom jorhsu. Wara li l-Ministeru tal-Finanzi gie infurmat li l-kumpanija Express Trailers Ltd u White Bros Ltd kienu ghollew is-servizzi taghhom - kontra dak mistenni bis-Sistema l-gdida. Wara l-intervent tal-Ministeru tal-Finanzi illum wara nofsinhar il-White Bros infurmaw lill-gvern li kienu se jrahhsu l-prezzijiet skond is-Sistema l-gdida. Il-gvern issa qieghed jistenna li Express Trailers Ltd irahhsu ukoll il-prezzijiet li gholla minn jeddu.

Il-gvern kellu rapporti wkoll li certi hairdressers minflok rahhsu l-prezz tas-servizzi taghhom - kif mistenni bis-Sistema l-gdida - ghollew il-prezzijiet taghhom. Dawn il-kazijiet qed jigu investigati mill-gvern bis-sahha li ghandu l-gvern taht il-Ligijiet Kummercjali ezistenti.

Servizzi ohrajn bhal dawk offruti minn plumbers, electricians, mechanics, tellara, sprayers ta' karozzi ghandhom jorhsu wkoll. Bit-taxxa tal-VAT dawn is-servizzi kellhom 15% taxxa li finalment kien igorrha l-konsumatur. Bis-sistema l-gdida dawn is-servizzi ghandhom biss 5% Sisa u ghaldaqstant dan it-tnaqqis fit-taxxa ghandu jkun rifless fil-prezzijiet finali li jigi iccargjat il-konsumatur

Id-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u Sisa qed jibghat ufficcjali tieghu f'diversi lokalitajiet biex joffru l-ghajnuna taghhom fl-implimentazzjoni tas-Sistema l-gdida lil azjendi kummercjali. Dawn l-ufficjali ghandhom ukoll struzzjonijiet biex jinnotaw caqliq fil-prezzijiet li ma jkunux jirrifletu r-rati ta' taxxa bis-Sistema l-gdida. Id-Dipartiment ha passi wara li l-Benefit Shoe Store tal-Belt Valletta kien hareg ricevuta mhux korretta. Rapport iehor kien dwar il-kumpanija Michael Vella & Sons Ltd fejn instab li l-kumpanija kienet qed izzomm prezzijiet b'rati ferm oghla ghall-maintenance tal-liftijiet milli ghandu jkun rifless prezentement. Ditta ohra li giet investigata hija Busy Bee li kienet irraportata li ma baxxietx il-prezz tas-servizz u l-prodotti li toffri. Mill-investigazzjonijiet instab li wara d-ditta fil-fatt naqqset il-prezzijiet taghha ghal ricevimenti u kiri ta' swali skond is-Sistema gdida ta' Tassazzjoni.

Il-gvern qieghed iniedi sensiela ta' reklami fuq il-mezzi tax-xandir biex jgharraf lill-konsumatur bil-bidliet li ghandu jistenna fil-prezzijiet fil-granet li gejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow