Left arrow Go Back

Il-Ministru Portelli dwar il-Vjolenza Domestika

pr1318
Date Icon 04/07/1997

Il-Ministru ghad-Djar is-Sur Alfred Portelli qal li l-Ministeru tieghu huwa sensittiv ghall-kazi ta' natura socjali li jigu quddiemu ta' kuljum. Huwa qal li huwa personalment u anke l-Ufficjali fid-Dipartiment tad-Djar qeghdin jaghtu attenzjoni specjali ghall-kazi ta' nisa imsawta li, ghax kostretti, jkollhom jitilqu mid-djar taghhom b'uliedhom maghhom.

Is-Sur Portelli qal dan waqt laqgha li kellu dal-ghodu mas-Sinjorina Christine Theuma, Koordinatrici tat-Taqsima tal-Vjolenza Domestika, tal-Programm Hidma Socjali, li saret fil-Ministeru Beltissebh. Il-Ministru qal li huwa personalment jinsab preokkupat biz-zjieda ta' kazi ta' vjolenza domestika, f'dawn l-ahhar snin u li l-Ministeru tieghu jinsab iffacjat ukoll b'kazi ohra ta' natura socjali ta' nies li qeghdin isofru.

Il-Ministru stqarr li mhux sewwa li kien hemm min sejjah id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Socjali bla hniena. Huwa qal li kien dan id-Dipartiment li solva ghadd ta' kazi ta' nisa msawta tant li sal-bierah stess ipprovda akkomodazzjoni alternattiva lil mara li sofriet vjolenza domestika kif ukoll lil xebbiet omm. Kien hu wkoll li ha hsieb li jipprovdi post alternattiv ghall-persuni li sahansitra ma kellhomx fejn jorqdu.

Huwa semma wkoll kazi ohra fosthom ta' mara li tghix ma zewgha u tliet uliedha f'kamra wahda b'tifel minnhom f'istitut, familja li kienet qieghda tehel LM3 multa kuljum ghax giet mkeccija minn darha b'ordni tal-Qorti u iehor ta' mara b'dizabilita', omm ta' zewgt itfal, ukoll b'dizabilita' li ghaliex ma kellhiex fejn tpoggihom kellha issakkarhom f'istitut.

Is-Sinjorina Theuma qalet li f'dawn l-ahhar sentejn l-agenzija taghha ttrattat mill-inqas mal-200 kaz ta' vjolenza domestika u dan qieghed johloq pressjoni kbira fuq "Dar Merhba Bik", li qieghda tkun mimlija ghal hafna zmien. Dan qieghed johloq sitwazzjoni fejn persuni msawta mhux qieghed ikollhom refugju fejn imorru.

Hija ssuggeriet biex meta d-Dipartiment tad-Djar johrog is-sussidju fuq il-kera ghal persuni bhal dawn, dan is-sussidju johrog minnufih. Hija qalet li dan jinkoraggixxi lil nisa bhal dawn li johorgu jahdmu u b'hekk ikunu jistghu isibu jikru privatament. Hija ssuggeriet ukoll li l-Gvern jaghti sussidju fuq hlas ghall-kenn temporanju f'xi lukanda jew hostels.

Fuq suggeriment tal-Ministru, is-Sinjorina Theuma mistennija tressaq proposti bil-miktub ghall-konsiderazzjoni tal-Ministeru.

Prezenti kien hemm is-Segretarju Permanenti, s-Sur Alfred Fiorini Lowell, is-Sur Carmel Esposito, Direttur tad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni socjali, Dr.Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru, is-Sur Michael Micallef, Assistent Personali u s-Sur Ray Demicoli, Ufficjal fl-istess Ministeru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow