Is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni ziedet il-Kompetittiva tat-Turizmu Malti
Is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni ghamlet it-turizmu Malti aktar kompetittiv u tat nifs gdid lill-lukandi u restoranti lokali biex ikunu jistghu joffru prodott ahjar bi prezzijiet aktar kompetittivi lit-turisti li jzuru l-gzejjer Maltin. Dan qalu llum il-Ministru tat-Turizmu il-Perit Karmenu Vella meta ltaqa' ma' impjegati tal-Lukanda Westin Dragonara, San Giljan. Il-Ministru Vella qal li t-tnehhija tal-VAT minn fuq it-turizmu ghenet biex tieqaf l-emorragija li kienet hakmet dan il-pilastru ewlieni ta' l-ekonomija Maltija. Il-VAT, qal il-Ministru tat-Turizmu, kienet gholliet bla bzonn il-prezz ta' vaganza f'Malta u l-effetti negattivi fit-turizmu bdew jinhassu fl-ahhar sentejn fost il-lukandiera u s-sidien ta' l-istabbilimenti li jahdmu ghat-turisti.
Il-Ministru Vella qal li s-Sistema l-Gdida naqqset bil-kbir it-taxxi li kien hemm fuq 'reservations' ghal-lukandi, ristoranti, eskursjonijiet u tours. It-taxxa tal-VAT kienet imponiet taxxa ta' 15% u 10%. Il-VAT mhux biss kienet gholliet il-prezz tal-vaganzi f'Malta, izda kienet gholliet il-prezz ta' prodotti li normalment jixtru t-turisti meta jsiefru, fosthom souvenirs. Il-lukandiera kien ikollhom hafna lmenti mit-turisti li bit-taxxa tal-VAT it-turisti kienu qed jigu intaxxati aktar milli f'pajjizi ohra. Dan peress li f'Malta ma kinitx tezisti s-sistema ta' 'refund' fuq prodotti li jixtru - bhalma jsir fil-pajjizi ta' l-Ewropa. B'hekk it-turisti kienu qeghdin jiehdu l-impressjoni li Malta kienet oghla minn pajjizi ohrajn.
Il-Ministru Vella qal li l-Gvern ra wkoll li servizzi indiretti li jghinu s-settur tat-turizmu ma jibqghux intaxxati bil-15% kif kienu bit-taxxa tal-VAT. Fost dawn is-servizzi kien hemm konferenzi, attivitajiet sportivi - bhal ghawm taht il-bahar u kiri tad-dghajjes. Bis-Sistema l-Gdida dawn is-servizzi ghandhom biss 5% Sisa u b'hekk dawn is-servizzi se jkunu aktar kompetittivi ghat-turisti li jzuruna.
Il-Ministru tat-Turizmu qal ukoll li s-sidien tal-Lukandi mhux se jibqghu johorgu 15% VAT fuq materjal li jimportaw ghall-industrija tat-turizmu. Bit-taxxa tal-VAT dawn kienu joqoghdu jistennew ix-xhur biex jigbru flushom lura. Is-Sistema l-gdida tiggaranitixxi 'refund' immedjat fuq il-materjal importat u dan se jghin biex is-sidien tal-Lukandi jkollhom aktar cash flow.
Il-Ministru Vella qal li l-Gvern il-gdid mill-bidu nett enfasizza li l-industrija tat-turizmu ghandha ssir kompetittiva biex pajjizna jkun jista' jattira turisti lejh. Meta l-pajjizi girien taghna kienu qed isiru aktar kompetittivi u jghollu l-livell tal-prodott, wiehed jiskanta kif il-Gvern precedenti kien qabad u impona l-VAT fuq din l-industrija tant vitali ghall-ghajxien ta' eluf ta' Maltin u Ghawdxin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901