Il-Komunita' addattat ruhha bla skossi ghat-Tibdiliet fis-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal il-lejla li r-ritmu ta' l-attivita' kummercjali fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta huwa indikatur qawwi tal-mod li bih il-kommunita' kummercjali addattat ruhha bla skossi ghat-tibdiliet fis-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni. Il-Prim Ministru qal dan wara li zar diversi Stands Nazzjonali fin-Naxxar. Il-Prim Ministru qal li l-istrategija tal-Gvern li jkun hemm a 'Silent Bang' - transizzjoni hiemda minn sistema ghal ohra - flok 'Big Bang' nhar it-Tlieta 1 ta' Lulju tat il-frott.
Il-Prim Ministru qal li kien sodisfatt li l-esebituri fil-Fiera gharrfuh li din is-sena hafna aktar nies marru ghall-Fiera u li l-bejgh zdied gmielu fuq l-istess perjodu tas-sena l-ohra. Il-Prim Ministru innota b'sodisfazzjon li fl-ewwel jiem tal-Fiera giet registrata aktar minn 10% zjieda fl-attendenza tan-nies.
Il-Prim Ministru irringrazzja lill-komunità kummercjali li fil-parti l-kbira ghenet hafna biex it-transizzjoni minn sistema ghal ohra tkun wahda facli. Il-Prim Ministru tkellem dwar certi kazi fejn certi operaturi ekonomici, agenti, produtturi u hwienet li jipprovdu servizzi japprofittaw mill-bidla u jziedu l-prezzijiet, jew li ma jrahhsux il-prodotti u servizzi skond il-bidla bis-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jxandar l-ismijiet ta' dawk l-operaturi ekonomici, ditti u brands li ma jaghtux prezz gust lill-konsumatur. Dr. Alfred Sant appella biex ikun hemm l-istess livell ta' kooperazzjoni minn naha ta' l-importaturi u ta' l-agenti biex il-prezzijiet ikunu jirriflettu l-bidla li saret fis-sistema. B'hekk il-Gvern ma jkollux ghalfejn jintervjeni dwar il-kompetizzjoni gusta.
Il-Prim Ministru semma l-fatt li ma kienx hawn konflitti dwar id-dhul tas-Sistema l-Gdida ta' Tassazzjoni. Dr. Sant attribwixxa l-kalma u s-serenità li kien hawn f'dawn il-jiem ghall-fatt li fl-ahhar xhur saret konsultazzjoni shiha bejn il-Gvern u l-Korpi Kostitwiti. Il-Prim Ministru qal li t-tfassil tal-Ligi l-Gdida ta' Tassazzjoni sar bi qbil mal-Korpi Kostitwiti u qal li din il-konsultazzjoni se tkun it-timbru tal-mod tat-tmexxija tal-Gvern il-gdid.
Dr. Alfred Sant irrefera ghall-konsultazzjonijiet kontinwi li kien hemm dwar teknikalitajiet tal-Ligi l-Gdida u sahaq li s-settur privat ghandu jkun konsultat kontinwament fuq decizjonijiet li jolqtu l-hajja ekonomika u kummercjali tal-pajjiz.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern qieghed iniedi 'Price Consciousness Campaign' fost il-poplu halli c-cittadin konsumatur isir aktar konxju tad-drittijiet tieghu f'dawn il-jiem ta' bidla fis-sistema fiskali. Dr. Sant qal li l-konsumatur ghandu jgawdi mill-effetti posittivi tas-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni fuq il-prodotti u s-servizzi li jixtri.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901