Left arrow Mur Lura

Fiera Internazzjonali ta' Malta: il-Padiljun ta' Malta - Ic-Civil ghac-Cittadin

pr1306
Date Icon 03/07/1997

Kalkoli li qieghed jaghmel il-Gvern jindikaw li fil-granet li gejjin ghandu jkun hemm rohs fuq aktar minn 1,000 prodotti mahduma lokalment li jiffurmaw parti essenzjali mill-prodotti ikkonsmati mill-familji Maltin u Ghawdxin. Sensiela ta' prodotti mahdumin lokalment bhal detergents, fabric conditioners, disinfettanti, likwidu tal-hasil, sapun u shower gel, toilet paper, inbejjed, ilma minerali, napkins, tissues, foil, insect killers, dusters, garbage bags ghandhom jorhsu fil-prezz meta jinbighu fis-Supermarkets u fil-hwienet tal-grocer. L-agenti tal-prodotti huma mistennija jibdlu l-prezzijiet tal-prodotti bl-ingrossa lir-Retailers (bejjiegha bl-imnut) biex il-prezzijiet jibdew jirriflettu l-bidla fis-Sistema ta' Tassazzjoni.

Il-prezzijiet ta' prodotti essenzjali ghall-hajja bhal ghagin, gallettini, prodotti tat-tigieg u ikel tal-bottijiet , prodotti tal-jam u ghasel baqghu stabbli. Snack-foods mahdumin Malta ghandhom jibqghu jinbighu bl-istess prezzijiet.

Diga' kien hemm dikjarazzjonijiet minn produtturi lokali - fosthom il-produtturi ta' l-inbid - li se jkun hemm rohs immedjat fuq l-inbid mahdum lokalment. Il-Gvern qed jistharreg jekk ir-rohs propost fuq dan il-prodott hux konformi ma' kif tabilhaqq ghandu jorhos dan il-prodott.

Prodotti ta' l-ikel ohrajn importati u li ma kellhomx VAT ghandhom jibqghu jinbighu bl-istess prezzijiet.

Il-bidla fis-Sistema ta' Tasazzjoni ghandha ggib rohs ukoll fil-prezzijiet tas-servizzi - fosthom bajjada, electricians, mechanics, panel beaters (tellara), plumbers, hairdressers. Bit-Taxxa tal-VAT dawn kienu jiccargjaw 15% taxxa lill-konsumatur.

Matul it-Tieni Jum li bdiet tithaddem is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni is-sitwazzjoni kienet kalma u taht kontroll. Illum baqa' jiffunzjona b'mod regolari s-servizz ta' Freephone 160. Dan is-servizz qed joffri spjegi dwar aspetti prattici fit-thaddim tas-Sistema l-Gdida bhal per ezempju t-thaddim tal-Cash Registers, il-hrug ta' l-ircevuti - mistoqsijiet li d-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa kien qed janticipa meta issa bdiet fil-fatt tithaddem is-Sistema l-Gdida.

Kompla wkoll is-servizz tal-Freephone 120 fejn il-konsumaturi setghu jwasslu s-sitwazzjonijiet li ltaqghu maghhom u li dwarhom tittiehed azzjoni mid-Dipartiment.

Illum komplew iz-zjarat ta' ufficcjali tad-Dipartiment tat-Taxxa u Sisa f'diversi stabbilimenti f'Malta u f'Ghawdex biex ikomplu jaghtu l-ghajnuna prattika taghhom fl-implimentazzjoni tas-Sistema l-Gdida. Id-Dipartiment kompla wkoll bis-servizz ta' 'Help-Desk' ghal dawk is-'self-employed' li jitolbu l-ghajnuna fil-mili ta' formoli, u dan is-servizz gie imsahhah ukoll fl-Ufficcju tad-Dipartiment f'Ghawdex.

Kien hemm reazzjoni posittiva hafna ghal-Lotterija ta' Lm10,000 li se tibda titla' kull hmistax minn nhar it-Tlieta 8 ta' Lulju. Il-konsumaturi qed jinsistu li jinghataw l-ircevuta tal-prodotti u s-servizzi li jixtru bil-'Cash Register' biex ikunu eligibbli fil-Lotterija l-gdida.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow