Punti mid-diskors tal-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, lin-National Press Club f'Washington
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W Vella, nhar il-Gimgha li ghaddiet indirizza lin-National Press Club ta' Washington DC.
Din it-tahdita kienet parti mill-attivitajiet fil-programm li Dr Vella kellu matul iz-zjara tieghu fl-Istati Uniti, fejn qabel kien tkellem waqt is-Sessjoni Specjali ta' l-Assemblea Generali tal-Gnus Maghquda fi New York. F'Washington D C , Dr Vella kellu wkoll laqghat siewja ma' Alexander Vershbow, l-Assistent Specjali tal-President Clinton u Direttur Anzjan ghall-Affarijiet Ewropej tan-National Security Council u ma' Thomas Pickering, is-Sotto Segretarju ta' l-Istat ghall-Affarijiet Politici fid-Dipartiment ta' l-Istat.
It-tema ta' din it-tahdita kienet "Il-Politika Ewro-Mediterranja ta' Malta".
Il-Vici Prim Ministru ta harsa lejn l-aspett storiku ta' l-involviment Amerikan fil-Mediterran u spjega kif matul il-gwerra bierda r-relevanza strategika tal-Mediterran fil-kuntest tal-konfrontazzjoni bipolari xejnet dimensjonijiet ohra mportanti tar-realta' Mediterranja.
Huwa rrefera wkoll ghat-tensjonijiet u l-konflitti li jezistu fir-regjun tal-Mediterran u l-kuntrasti ekonomici u socjali li dejjem qed jikbru bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, it-tixrid tal-fundamentalizmu radikali, it-traffiku llegali ta' armi u drogi, il-bdil ta' flus akkwistati llegalment, l-immigrazzjoni klandestina, it-tahsir ambjentali u t-terrorizmu.
Fid-diskors tieghu, Dr Vella identifika tliet fatturi li jikkontribwixxu ghall-instabbilita' fil-Mediterran: il-qrubija, kemm geografika kif ukoll storika, ta' affinita' u kulturali tal-popli Mediterranji; il-fatt li l-problemi fil-Mediterran huma relatati ma' xulxin; u l-importanza tar-regjun fil-komunikazzjoni marittima u bhala sors ta' parti sostanzjali tar-rizervi dinjin taz-zejt u l-gass.
Il-Vici Prim Ministru qal li Malta tqis li hemm bzonn urgenti ta' koperazzjoni kemm bejn il-pajjizi tal-Mediterran kif ukoll fuq livell Ewro-Mediterranju, anki peress li l-sigurta' u l-koperazzjoni fl-Ewropa huma marbuta sewwa mas-sigurta' u l-koperazzjoni fil-Mediterran. Minkejja l-potenzjal ghal din il-koperazzjoni, Malta taghraf li jezisti xkiel ghal dan il-process minhabba l-problemi tar-regjun, l-aktar minhabba l-problema tal-Lvant Nofsani.
Dr Vella rrimarka li fiz-zona Ewro-Mediterranja hemm interessi u thassib komuni li fuqhom jista' jinbena process li jippromwovi l-istabbilta' regjonali. F'dan il-kuntest, qal Dr Vella, Malta ghandha rwol partikolari u uniku biex tiddefinixxi u tippromwovi l-koperazzjoni Ewro-Mediterranja. Dan ghaliex il-wirt storiku Malti jirrifletti diversi aspetti tal-pluralita' Mediterranja, waqt li l-istituzzjonijiet politici ta' Malta, l-orjentazzjoni spiritwali taghha, u l-istrutturi socjali u ekonomici huma bbazati fuq il-hajja u l-filosofija Ewropeja.
Ghalhekk, il-politika barranija ta' Malta bilfors irid ikollha dimensjoni doppja:dik Ewropeja u ohra Mediterranja. L-ghan ta' Malta hu li tmexxi 'l quddiem process ta' djalogu u koperazzjoni fir-regjun, kemm b'azzjoni unilaterali kif ukoll permezz ta' progetti u programmi li jsolvu l-konflitti u jkabbru l-fiducja.
It-Tabib Vella qal li Malta trid li jkollha l-ahjar relazzjonijiet possibbli mal-girien kollha taghha, xi haga li fic-cirkostanzi tal-Mediterran hija aktar difficli min-normal. Ghalhekk, Malta trid tnehhi l-ideja antika li hija punt ta' konflitt regjonali. Il-Vici Prim Ministru qal li ghal dan il-ghan l-istatus ta' newtralita' li Malta assumiet fi tmiem is-snin 70 huwa ta' mportanza kbira.
Il-messagg ta' Malta lill-girien taghha huwa li m'hi se thalli qatt li tintuza kontra l-interessi taghhom jew tidher li hi theddida ghal dawn l-interessi. Barra minn hekk, qal Dr Vella, Malta temmen li l-problemi tar-regjun ma jissolvewx b'soluzzjonijiet militari. Minflok, Malta titlob li jkun hemm djalogu u koperazzjoni fid-diversi aspetti tal-hajja Mediterranja, kemm ekonomici, socjali, kulturali u politici, u li jinvolvu l-istati kollha tar-regjun Ewro-Mediterranju fuq bazi ta' ugwaljanza.
Dr Vella rrefera ghall-parti attiva li qed tiehu Malta fil-process Ewro-Mediterranju u fakkar li Malta organizzat it-Tieni Laqgha Ministerjali tal-EuroMed f'April li ghadda. Huwa qal ukoll li Malta ghadha nteressata li zzomm, u anki tkabbar, id-dimensjoni Mediterranja ta' l-Organizzazzjoni ghas-Sigurta' u l-Koperazzjoni fl-Ewropa. Malta tixtieq tinvolvi wkoll direttament lill-parlamentari u s-socjeta' civili f'din il-koperazzjoni regjonali.
Ghalkemm, skond Dr Vella, ghad hemm bilanc prekarju bejn is-sogri u l-opportunitajiet ghall-Mediterran, hemm xaqlib inkoragganti lejn in-naha pozittiva. L-ghan immedjat taghna, qal Dr Vella, huwa li ninkoraggixxu u nsahhu dan l-impetus bil-konvinzjoni li l-istabbilita' regjonali li tinholoq bi process imkabbar ta' koperazzjoni Ewro-Mediterranja tkun fl-interess ta' l-istati kollha, kemm dawk tar-regjun kif ukoll ta' dawk li qeghdin lil hinn minnu, temm jghid it-Tabib Vella.
Wara d-diskors tieghu, il-Vici Prim Ministru rrisponda ghadd ta' mistoqsijiet li saru minn diversi gurnalisti.
Prezenti ghal din it-tahdita kien hemm ukoll rapprezentanti ta' xi Ambaxxati f'Washington D C.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901