Left arrow Mur Lura

Denfil jinstab mejjet f'Birzebbuga

pr1297
Date Icon 02/07/1997

Kif diga' thabbar fl-istampa lokali, denfil tat-tip STENELLA striped Dolphin Stenella coeruleoalba nhar is-Sibt 28 ta' Gunju 1997 instab mejjet fuq ix-xatt fil-bajja ta' San Gorg f'Birzebbugia. Ufficjali tad-Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Ambjent li mill-ewwel marru fuq il-post, ghamlu arrangamenti biex dan id-denfil jittiehed fil-biccerija biex saret awtopsja mill-Veterinarju tal-Gvern.

Dan id-denfil ragel, li kellu bejn sentejn u erba' snin, u li kien fih madwar metru u nofs, kien qieghed imut mewta naturali meta nqabad minn xi individwi u sofra xi daqqiet ta' strument bil-ponta u rbit minn denbu. Id-denfil ittiehed ghal aktar studju mid-Dipartiment tal-Biologija ta' l-Universita' ta' Malta.

Jassistu ghal din l-operazzjoni kien hemm il-pulizija ta' Birzebbuga, il-Pulizija ta' l-A.L.E., Veterinarju tal-Gvern, rapprezentant tad-Dipartiment tal-Biologija ta' l-Universita' u l-Marine Life Care Group.

Id-Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Ambjent jixtieq jirringrazzja lill-pubbliku ta' l-interess li qed jiehu fil-harsien tal-mammiferi tal-bahar u jwassal informazzjoni lid-Dipartiment.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow