Esperjenza Gdida ghal Studenti Universitarji Ghawdxin
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo kellem lill-iktar minn sebghin student fil-kors tal-Bacellerat ta' l-Edukazzjoni fl-Universita' ta' Malta, qabel dawn jibdew esperjenza ta' disa' gimghat fl-iskejjel primarji, li jifthu ghal skola-sajf.
Filwaqt li ferah lill-istudenti ta' l-ghazla ghall-karriera ta' ghalliema, Dr Refalo qal li t-taghlim professjonali jitlob li l-istudenti li jidhlu f'dan il-qasam, ikunu mharrga professjonalment u trid tinqata' l-idea li kullhadd jista' jghallem. Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li s-success ta' din il-professjoni ma jitkejjilx minn kemm ghalliem ighaddulu studenti mill-ezamijiet izda minn kemm jirnexxielu jirrispondi ghall-bzonnijiet individwali ta' l-istudenti.
Dr Refalo qal li l-esperjenza ta' l-istudenti universitarji tul skola-sajf se tghin biex dawn jipprattikaw it-teoriji li qed jitghallmu l-Universita', kif ukoll biex jakkwistaw il-kunfidenza professjonali mehtiega biex ikunu ghalliema tajba.
Il-laqgha giet indirizzata wkoll mis-Sur Joe Sammut, Direttur ta' l-Ippjanar fi hdan it-Taqsima ta' l-Edukazzjoni. L-istudenti universitarji se jattendu ghal kors informattiv dwar il-hidma li hi mistennija minnhom tul skola-sajf.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901