Ghawdex fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta
Ghawdex ghal darba ohra qed jiehu sehem fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta permezz ta' stand tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. L-organizzazzjoni ta' stand hija fdata f'idejn il-Kumitat tal-Fieri mwaqqaf fi hdan is-Segretarjat ghal Ghawdex.
It-tema maghzul ghal din is-sena hija 'GHAWDEX: Gzira tal-Holm'. L-istand hu armat b'xejra lokali u fih hemm esibiti oggetti tradizzjonali u prodotti mahduma Ghawdex. Bosta minn dawn il-prodotti ghadhom isiru sal-gurnata tal-lum. Wiehed jista' jammira x-xoghol tal-bizzilla, filogranu, xoghol tal-fuhhar, hgieg, xoghol ta' indoratura u snajja' ohra antiki. Qed jigu wkoll esibiti ritratti li juru postijiet ta' interess u veduti ta' Ghawdex.
Kull jum fuq l-istand wiehed ghandu jsib nies jahdmu u jaghtu wirja ta' kif isir ix-xoghol tas-sengha partikolari taghhom fosthom il-bizzilla, filogranu u fuhhar. Wirja bil-video turi wkoll il-proceduri ta' snajja' ohra.
L-ghan ewlieni ta' l-istand hu li jippromovi lil Ghawdex bhala destinazzjoni kemm mal-barranin kif wkoll mal-Maltin in generali, filwaqt li jkompli juri s-sbuhija u s-seher tal-Gzira Ghawdxija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901