Left arrow Go Back

Konferenza diplomatika ghall-iffirmar tal-Konvenzjoni riveduta ta' l-EuroControl

pr1285
Date Icon 01/07/1997

Ministri u plenipotenzjarji li jirrapprezentaw is-sebgha u ghoxrin stat membru tal-Eurocontrol iffirmaw il-Konvenzjoni Riveduta ta' l-Organizzazzjoni tal-Eurocontrol matul Konferenza Diplomatika li saret f'Brussels, fis-27 ta' Gunju 1997, taht il-presidenza tal-Ministru tat-Trasport Belgjan, M. Michel Daerden.

Ic-cerimonja ta' l-iffirmar kienet l-ahhar pass fi process twil li kien ilu sejjer hafna snin. Dan beda meta sar rikonoxxut li l-programmi u l-istrutturi istituzzjonali li kienu jezistu fl-Ewropa ma kinux kapaci biex jilqghu effikacament mal-problemi ghall-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru.

Bhala risposta ghal din is-sitwazzjoni, il-Ministri responsabbli ghall-Avjazzjoni Civili ddecidew, fi hdan il-Konferenza Ewropea ghall-Avjazzjoni Civili (E.C.A.C.), biex iwaqqfu is-"Central Flow Management Unit" (C.F.M.U.) u l-"European Air Traffic Control Harmonisation and Integration Programme" (EATCHIP) li l-Management taghhom kien fdat f'idejn il-Eurocontrol. Fl -1992, il-Ministri bdew il-process biex jirrevedu l-Konvenzjoni li kienet emendata fl-1981, ghaliex kif kienet, kienet tirristringi l-kapacita' ta' l-Organizazzjoni biex taqdi r-responsabbilita' taghha b'mod izjed effettiv. Ir-rizultat ta' dan il-process huwa din il-Konvenzjoni li giet iffirmata fis-27 ta' Gunju 1997.

Il-Konvenzjoni kif giet riveduta tipprovdi ghar-riformulazzjoni tal-hidmiet tal-Eurocontrol u ghall-holqien ta' Struttura Istituzzjonali gdida li ser tghin lil din l-Organizzazzjoni biex tikseb fost affarijiet ohra:

1) l-espanzjoni ta' l-ispazju ta' l-ajru ezistenti biex jilqa' ghad-domanda tat-traffiku u biex jinkiseb l-ahjar uzu ta' dak li diga' jezisti fil-"framework" tat-thaddim ta' Sistema Uniformi tat-Traffiku ta' l-Ajru Ewropew (E.A.T.M.S.),

2) it-tishih ta' l-ippjanar tat-traffiku ta' l-ajru billi jinghaqdu il-"policies en-route u ta' l-ajruport" fi hdan strategija 2000+ ibbazata fuq il-kuncett "Gate to Gate",

3) l-introduzzjoni ta' review tal-hidma manigerjali tat-traffiku ta' l-ajru u tat-tfassil ta' sistema ghall-ghanijiet mixtieqa,

4) l-izvilupp ta' oggettivi regolatorji armonizzati dwar sigurta' u htigijiet fis-sistema manigerjali tat-traffiku ta' l-ajru,

5) process aktar efficjenti fejn jittiehdu decizjonijiet ibbazati fuq votazzjoni b'maggoranza,

6) l-involviment sistematiku ta' organizzazzjonijiet li jirrapprezentaw lil dawk li jaghmlu uzu mill-ispazju ta' l-ajru u l-ajruportijiet f'materji li jikkoncernawhom.

Malta, li saret membru tal-Eurocontrol fl-1989, ippartecipat f'diversi kumitati li kienu qed jiddiskutu u jiddeciedu fuq dawn l-emendi ghall-Konvenzjoni tal-Eurocontrol. Is-Sur Salvu Fenech, Direttur Generali ta' l-Avjazzjoni Civili, bhala rapprezentant delegat tal-Ministru Joe Debono Grech, matul din il-Konferenza iffirma l-protokolli relattivi ta' l-Att Finali bhala approvazzjoni ta' Malta ghal din il-Konvenzjoni tal-Eurocontrol kif giet riveduta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow