Illum bdiet tithaddem is-sistema gdida ta' tassazzjoni
Mil-llum l-1 ta' Lulju bdiet tithaddem is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni li hadet post it-taxxa tal-VAT.
Fid-Dwana llum saret il-bidla mis-Sistema tal-VAT ghal dik gdida ta' Taxxa tas-Sisa fuq l-Importazzjoni. Id-dokumenti li gew depositati id-Dwana jew dahlu bil-kompjuter sal-bierah, kemm fl-Ufficcju Centrali, l-Airfreight u l-Parcel Post Office - u li kienu korretti - jigifieri anke l-merkanzija li kienet diga' qieghda Malta, gew processati bit-Taxxa tal-VAT.
Mil-lum, l-1 ta' Lulju, id-dokumenti li qeghdin jigu ipprezentati id-Dwana qeghdin jigu ipprocessati bis-Sistema tat-Taxxa tas-Sisa (ETI) u skond it-tariffi li hargu l-gimgha l-ohra. Is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni taghti hafna ezenzjonijiet fuq materjal u taghmir ghall-industrija tal-manifattura, l-industrija tal-biedja u l-industrija tas-sajd. Bis-Sistema l-Gdida l-importaturi ghal dawn l-oqsma jistghu jghaddu dawn l-oggetti mid-Dwana minghajr ma jhallsu 15% VAT u wara joqoghdu jistennew ix-xhur ghar-refund.
It-Tariffa tad-Dazju tad-Dwana fuq prodotti li ma joriginawx mill-Unjoni Ewropea tinkludi wkoll hafna ezenzjonijiet godda fuq materjal ghall-industrija.
Sadanittant illum fil-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp bdew jinghataw c-certifikati lill-industrija tal-manifattura ghal ezenzjoni fuq materja prima importata minn barra. Dan qieghed isir mid-Dipartiment tas-'Central Processing' tal-MDC li fl-ahhar tliet gimghat kien qed jipprocessa applikazzjonijiet ghal ezenzjoni minn dazji ta' importazzjoni. Ic-certifikati mitluba minn industriji lokali kollha tlestew u fil-fatt l-ewwel certifikat ta' ezenzjoni ingabar dalghodu fis-7.20 mill-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp. Sabiex il-klijenti tal-MDC jinqdew ahjar, ufficcjali tal-Korporazzjoni ta' l-Izvilupp qed icemplu lill-applikanti u jitolbuhom biex imorru jigbru c-certifikati.
Dawk li jixtiequ aktar informazzjoni dwar is-Sistema l-Gdida qed jigu mitluba jcemplu fuq il-Freephone 160. Dawk il-konsumaturi li jhossu li l-prezzijiet li qed jigu iccargjati ma jirriflettux il-bidla li saret minn sistema ghal ohra ghandhom icemplu fuq il-Freephone 120.
Bis-Sistema l-Gdida l-industrija tat-turizmu, tal-manifattura, tal-biedja u sajd saru aktar kompetittivi, waqt li r-retailers kollha - bhal supermarkets, grocers, ironmongers u bejjiegha bl-imnut ohra - mhux se jibqghu kolletturi tat-taxxa ghall-Gvern. Is-self-employed iz-zghar qed jinghataw incentivi bis-Sistema l-Gdida biex ikunu aktar kompetittivi ghax mhux se jiccargaw aktar il-15% taxxa tal-VAT. Dawk is- self-employed li jbighu mhux aktar minn Lm6,000 f'servizzi f'sena mhuma se jiccargjaw l-ebda sisa. Fost dawn hemm dawk li jipprovdu servizzi bhal bajjada, plumbers, electricians, mechanics u dawk kollha li jipprovdu servizz.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901