Left arrow Mur Lura

Titnehha l-V.A.T. - Tidhol fis-sehh sistema gdida ta' tassazzjoni

pr1276
Date Icon 30/06/1997

Nhar it-Tlieta l-1 ta' Lulju titnehha it-taxxa tal-VAT biex minflokha tidhol Sistema gdida ta' Tassazzjoni. Fix-xhur li ghaddew il-gvern kien f'konsultazzjoni diretta mal-Korpi Kostitwiti dwar l-implimentazzjoni tas-Sistema l-gdida biex jizgura li jkun hemm konsultazzjoni ma' dawk kollha koncernati f'din il-bidla. Is-Sistema l-gdida ta' Tassazzjoni ghandha tghin biex ikun hemm stabbilita' fil-prezzijiet u ghandha tirrifletti t-tnaqqis ta' taxxa li kien hemm fuq servizzi essenzjali u certi prodotti.

Is-Sistema l-gdida ghandha tkun ta' beneficcju ghall-attivita' ekonomika u kummercjali. L-industrija tat-Turizmu diga' bdiet tgawdi mit-thaddim tas-Sistema l-gdida meta aktar kmieni din is-sena tnehhiet il-VAT minn fuq dan is-settur essenzjali u t-turizmu Malti sar aktar kompetittiv. Is-Sistema l-gdida se tghin l-industrija tal-manifattura, tal-biedja u sajd. Dawk involuti f'dan il-qasam mhux se jibqghu johorgu 15% VAT fuq l-importazzjoni ta' materja prima u mbaghad joqoghdu x-xhur jistennew li jiehdu flushom lura.

Is-Sistema l-gdida ta' Tassazzjoni se tkun ta' incentiv ghas- 'self-employed' iz-zghar. Dawk is-self-employed fil-qasam tas-servizzi - bhal bajjada, plumbers, electricians - li ma jbighux b'aktar minn Lm6,000 servizzi fis-sena mhux se jhallsu Sisa. Dan se jhajjar aktar konsumaturi jixtru s-servizzi u l-prodotti minghandhom. Sintendi dawn is-'self-employed' mhux se jibqghu aktar jahlu flus u hin f'mili ta' karti u xoghol amministrattiv li kien jehtigilhom jaghmlu bit-Taxxa tal-VAT.

Ir-Retailers (bejjiegha bl-imnut) kollha mhux se jibqghu izjed kolletturi tat-taxxa u bis-Sistema l-gdida jistghu jizguraw li l-flus li jkollhom fil-Cash Register ikunu taghhom biss.

Minn ghada l-1 ta' Lulju l-ircevuta se jibda jkollha valur specjali ghaliex dawk kollha li jzommu l-ircevuti tal-cash registers jistghu jiehdu sehem f'Lotterija ta' Lm10,000 li se titla' ghall-ewwel darba fit-8 ta' Lulju. Jirbah din il-Lotterija min ikollu ricevuta li d-data, in-numru ta' registrazzjoni u d-digitali tac-centemzi fit-total ta' l-ircevuta jkunu l-istess bhan-numru mtella' fil-Lotterija. Il-lotterija tibda titla' kull hmistax. Jekk ikun hemm aktar minn rebbieh wiehed, il-premju jinqasam. Jekk hadd ma jirbah, il-prezz jizdied mal-premju tal-lotterija ta' wara b'sistema ta' Snowball. Il-premju jista' jilhaq sa Lm208,000 kull sena.

Ufficcjali mid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u Sisa bhalissa qeghdin iduru stabbilimenti kummercjali biex jghinu fl-implimentazzjoni tas-Sistema gdida ta' Tassazzjoni. Illum dawn l-Ufficcjali kienu fi stabbilimenti f'Ghawdex u komplew jaghtu spjegi teknici lis-salespersons u lill-konsumaturi dwar it-thaddim tas-Sistema l-gdida.

Dawk kollha li jkollhom xi diffikulta' dwar it-thaddim tas-Sistema l-gdida jistghu jcemplu 160 (freephone) u jinghataw spjegazzjoni ghad-diffikultajiet taghhom. Dawk il-persuni li jhossu li l-prezz tal-prodotti jew servizzi li jixtru ma jirriflettix il-bidla fis-sistema tat-tassazzjoni ghandhom icemplu fuq in-numru 120 (freephone).

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow