Left arrow Go Back

Titnaddaf il-Menqa ta' Marsalforn

pr1275
Date Icon 30/06/1997

Ghadu kif tlesta xoghol ta' dredging fil-Menqa ta' Marsalforn, imwettaq wara hrug ta' offerta mid-dipartiment tal-Progetti u Zvilupp fi hdan is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. L-offerta harget ghat-tindif ta' 2000 metru kubu ta' materjal minn qiegh il-bahar. Il-Menqa hija mdawwra minn hitan mibnija biex joffru kenn ghad-dghajjes tas-sajjieda, u fil-qiegh taghha jingema' kwantita' ta' materjal u hmieg.

It-tindif tal-Menqa huwa parti mix-xogholijiet li qed isiru f'Marsalforn biex din il-bajja tinghata dehra ahjar, ghall-beneficcju tal-pubbliku li jaghmel uzu minnha. Ix-xoghol huwa kkordinat mill-Kumitat ta' Azzjoni ghal Ghawdex.

Fil-Menqa wkoll tjiebu l-facilitajiet ta' irmigg ghas-sajjieda bil-ghan li jigi evitat li jintefa' gebel fil-qiegh ghall-irbit tad-dghajjes - sistema li kienet qed twassal biex jingema' iktar materjal fil-qiegh.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow