Left arrow Mur Lura

Laqghat ta' Informazzjoni dwar is-sistema gdida ta' tassazzjoni

pr1268
Date Icon 28/06/1997

Nhar il-Hadd filghodu se tkompli s-sensiela ta' laqghat ghan-negozjanti. F'dawn il-laqghat, Ufficjali mid-Dipartiment tat-Taxxa, tad-Dwana u Sisa jzuru bliet u rhula Maltin u Ghawdxin biex jispjegaw is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni li se tiehu post it-taxxa tal-VAT mill-1 ta' Lulju li gej.

Il-Hadd li gej, bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar, dawn l-ufficjali se jkunu :

  • fil-Boys' Junior Lyceum, Rabat, Ghawdex (Triq Fortunato Mizzi); u
  • fl-iskola Sekondarja tas-Subien, Paola (Triq G D'Amato).

Il-laqgha ta' Ghawdex hi mahsuba primarjament ghan-negozjanti z-zghar ta' Ghawdex, waqt li dik ta' Paola hija mahsuba ghal dawk ta' Paola, Fgura u Tarxien.

Dawn il-laqghat jikkoncentraw fuq l-aspetti teknici u legali tas-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni u jinkludu taghrif fuq ir-registrazzjoni taht il-Ligi, il-mili tad-Denunzja (Return), il-hlas tat-taxxa dovuta, x'kotba u records ghandhom jinzammu skond il-Ligi, u x'refunds huma ntitolati ghalihom certi operaturi tan-negozju.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow