Zjara tal-Ministru Noel Farrugia fil-Libja
Koperazzjoni aktar fil-qrib fis-settur tal-Biedja u Sajd bejn Malta u l-Libja gew diskussi f'laqghat li l-Ministru Noel Farrguia kellu ma' ufficjali Libjani mmexxija mis-Segretarju tal-Poplu Libjan responsabbli mis-settur tar-Rizorsi tal-Bahar, l-Eng. Bashir Ramadhan Abu-Janah.
Fost il-punti ewlenin li gew diskussi kien hemm l-industrija tal-Fish Farming u l-izviluppi konnessi ma' l-industrija tas-sajd tradizzjonali.
F"laqghat ohra li l-Ministru Noel Farrugia kellu ma' numru ta' ufficjali gholja Libjani fil-qasam tal-Biedja, saret enfazi biex jinholqu l-opportunitajiet ta' esportazzjoni minn Malta ta' prodotti tat-tjur u bhejjem u prodotti tal-halib manifatturati f'Malta.
Matul iz-zjara tieghu ta' tlett ijiem fil-Libja, Il-Ministru Noel Farugia ha l-opportunita biex izur ic-Centru ta' l-Ghaqda Nazzjonali ta' l-Ghomja fi Tripli. Huwa wkoll wassal messagg ta' l-ghaqdiet volontarji Maltin li jixtiequ jizviluppaw koperazzjoni bejn l-ghaqdiet taz-zewg pajjizi f'dan il-qasam tal-volontarjat.
Il-Ministru Noel Farrugia esprima s-sodisfazzjon tieghu ghall-laqghat kordjali li huwa kellu fil-Libja u awgura li dawn il-laqghat ikomplu jkattru l-hbiberija u l-koperazzjoni bejn iz-zewg popli f'dawn l-oqsma.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901