Is-sistema l-gdida ta' tassazzjoni se ssahhah l-Industrija tas-sajd
Is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni se tkun ta' ghajnuna kbira ghall-industrija tas-Sajd u se taghti nifs gdid lis-sajjieda Maltin u Ghawdxin. Is-Sistema l-Gdida se tinfilsa fil-pjan u fl-impenn tal-Gvern il-gdid li jsahhah u jtejjeb l-industrija tas-sajd u l-qligh tas-sajjieda. Dan qalu llum l-Ministru tal-Biedja u Sajd is-Sur Noel Farrugia meta llum kien qed jitkellem ma' sajjieda f'Marsaxlokk. Il-Ministru Farrugia qal li l-industrija tas-sajd hija patrimonju importanti Malti u ghandna nharsuha biex tkompli tuza r-rizorsi naturali li ghandna madwar il-gzejjer Maltin.
Il-Ministru Farrugia qal li mertu tas-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni se tkun li s-sajjied Malti u Ghawdxi se jkun jista' jimporta l-htigijiet kapitali u prodotti marbuta ma' l-industrija tas-sajd minghajr ma jhallas taxxa. Bit-taxxa tal-VAT kien johrog 15% taxxa u kien idum xhur twal jistenna li jiehu lura din it-taxxa. Il-Ministru tas-Sajd qal li s-sajjieda kienu jilmentaw hafna minn dan il-piz zejjed li kellhom igorru, meta kien ikollhom hafna flus barra. Dan l-inkonvenjent se jispicca darba ghal dejjem bis-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni.
Il-Gvern se jizgura li l-htigijiet ghall-operazzjonijiet ta' kuljum tas-sajjieda ikunu ezenti mit-taxxa, kemm direttament kif ukoll fejn hemm bzonn permezz sistema ta' refund li se tithaddem mid-Dipartiment tal-Biedja u Sajd. Il-Ministru Farrugia qal li fl-interess tas-sajjieda qeghdin isiru l-arrangamenti biex kemm fil-kaz ta' l-ezenzjoni mit-taxxa kemm fil-kaz tar-refund, dawn ikunu processati fl-aqsar zmien possibbli.
Il-Ministru Farrugia qal li ghal dan il-ghan twaqqaf Unit fid-Dipartiment tal-Biedja u Sajd li flimkien ma' ufficcjali tas-Sajd fid-Dipartiment jipprocessa l-applikazzjonijiet tas-sajjieda. Il-Ministru tas-Sajd qal li dan il-unit stabilixxa kuntatti mad-Dipartiment tad-Dwana dwar l-ezenzjoni u mad-Dipartiment tas-Sisa u tad-Dwana dwar ir-refunds ghas-sajjieda. B'hekk is-Sistema ghandha tkun efficjenti ghas-sodisfazzjoni u l-konvenjent tas-sajjieda Maltin u Ghawdxin.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901