Il-Vici Prim Ministri Dr. George Vella fl-Amerika
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, il-bierah kellu laqghat kordjali ma' Alexander Vershbow, l-Assistent Specjali tal-President Clinton u Direttur Anzjan ghall-Affarijiet Ewropej tan-National Security Council u ma' Thomas Pickering, is-Sotto-Segretarju ta' l-Istat ghall-Affarijiet Politici fid-Dipartiment ta' l-Istat, f'laqgha ohra li saret fid-Dipartiment ta' l-Istat f'Washington.
Matul dawn il-laqghat intweriet ix-xewqa miz-zewg nahat li jissahhu u jizdiedu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Istati Uniti u li titkattar l-ghajnuna Amerikana lil Malta specjalment fil-glieda kontra d-drogi, il-kuntrabandu u l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità organizzata.
F'dawn il-laqghat gew diskussi wkoll bosta suggetti ohra, fosthom is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-process tal-paci fil-Lvant Nofsani, it-theddid ambjentali u fatturi ohra li jheddu s-sigurtà u l-istabbilità fil-Mediterran.
Kemm is-Sur Vershbow kif ukoll is-Sur Pickering fahhru lill-Gvern Malti ghall-mod li bih organizza il-Konferenza Ewro-Mediterranja f'April li ghadda u awguraw li Malta tkompli tilghab dan ir-rwol importanti fl-izvilupp ta' relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjizi tal-Mediterran.
Dr. Vella mar Washington DC wara li zar New York, fejn l-Erbgha filghaxija, wara li ndirizza sessjoni plenarja tal-Gnus Maghquda, li qieghda tiltaqa' biex tiddiskuti zviluppi li sehhew mill-Konferenza ta' Rio sal-lum, ghamel zjara ta' kortesija lis-Segretarju Generali tal-Gnus Maghquda, Kofi Annan. Il-Vici Prim Ministru, li digà kellu laqgha twila ma' Annan f'Ginevra, ghamel din iz-zjara minhabba li kien qieghed jattendi l-Assemblea Generali ghall-ewwel darba.
It-Tabib Vella kkonferma l-impenn tal-Gvern Malti ghall-principji u l-hidma fejjieda tal-Gnus Maghquda u stieden lis-Segretarju Generali biex jattendi ghall-Konferenza Dinjija tat-Telekomunikazzjoni li se ssir Malta s-sena d-diehla.
Is-Segretarju Generali Kofi Annan ukoll kellu kliem ta' tifhir ghall-mod kif Malta organizzat il-Konferenza Ewro-Mediterranja u ghall-kontribut kbir u siewi li Malta dejjem tat fil-Gnus Maghquda.
Illum, il-Gimgha, Dr. Vella mistenni jkellem lin-National Press Club ta' Washington fuq il-politika Ewro-Mediterranja ta' Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901