Left arrow Mur Lura

Is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni se ggib tnaqqis fit-Taxxa fuq Bini ta' Djar u Appartamenti

pr1243
Date Icon 26/06/1997

Il-Ministru tad-Djar is-Sur Freddie Portelli qal li s-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni se ggib tnaqqis fit-taxxa fuq il-bini ta' djar u appartamenti. Il-Ministru Portelli qal dan illum wara nofsinhar meta kien qed jitkellem ma' koppji zghazagh li qeghdin jibnu d-dar taghhom fil-qasam tad-djar ta' Marsaxlokk. Il-Ministru Portelli qal li l-Gvern daqt jippubblika skema gdida ta' sussidju ghad-djar. Din l-Iskema se tkun mahsuba biex dawk il-koppji li jkunu qeghdin jibnu l-ewwel dar taghhom jinghataw ghajnuna biex taghmel tajjeb ghat-Taxxa tas-Sisa mhallsa fuq in-nefqa tal-bini, l-irfinar u l-accessorji ta' l-ewwel dar ta' l-applikant.

Il-Ministru tad-Djar qal li l-Gvern huwa impenjat li jghin lil dawk il-koppji zghazagh li jkunu qeghdin jibnu l-ewwel dar taghhom. Il-Ministru Portelli qal li bis-Sistema l-Gdida dawk iz-zghazagh u koppji li jibnu d-dar taghhom se jkunu qeghdin ihallsu anqas flus fuq servizzi; bil-maqlub ta' dak li kien jigri bit-Taxxa tal-VAT. Il-Ministru Portelli qal li servizzi bhal tibjid, plumbing, u ta' electricians mhux se jibqghu jhallsu 15% VAT.

'L-aktar li jistghu jhallsu hija 5% Sisa fuq Servizzi u dan fil-kaz biss ta' dawk is-self-employed li ghandhom bejgh ta' aktar minn Lm6,000 fis-sena. Dawk li jipprovdu dawn is-servizzi u m'ghandhomx bejgh ta' aktar minn Lm6,000 fis-sena mhux se jhallsu il-5% Sisa. Ghalhekk dan il-beneficcju ghandu jkun rifless fil-prezz tas-servizz ghall-konsumatur', qal il-Ministru Portelli.

L-Iskema l-Gdida li qed jipproponi l-Gvern toffri sussidju fuq il-bini. L-applikanti li jipproducu ricevuti tal-prodotti u servizzi in konnessjoni mal-bini ta' l-ewwel dar taghhom se jinghataw rebate tat-taxxa li tkun thallset fuq prodotti u servizzi sal-massimu ta' Lm2,500 fil-kaz ta' dar normali.

Il-Ministru Portelli qal li hija l-politika tal-Gvern li jghin liz-zghazagh jiehdu posthom fis-socjeta' billi jkunu f'pozizzjoni li jibnu familja. 'Il-Gvern irid ipoggi lil dawn il-koppji f'pozizzjoni specjali billi jipprovdilhom ghajnuna biex jibnu l-ewwel dar taghhom. L-impenn tal-Gvern hu li jkun hawn aktar koppji zghazagh li jkollhom id-dar taghhom. B'din l-Iskema l-Gdida l-Gvern qed jaghti ghajnuna biex dan l-ghan jintlahaq bi spiza ragjonevoli minghajr ma z-zghazagh jithallew wahedhom jiffaccjaw pizijiet kbar li jista' jkollu effett fuq is-sahha tal-familja', qal il-Ministru Portelli.

Il-Ministru Portelli qal li t-taxxa tal-VAT kienet gabet piz zejjed ghal hafna koppji li kienu qed ihejju biex jibnu familja. Dawn kienu jhallsu 15% VAT fuq ix-xoghol ta' kostruzzjoni u kien ifisser li kienu qed johorgu hafna flus zejda bla bzonn fi zmien meta kien ikollhom l-aktar bzonn il-flus fil-but biex jixtru l-bzonnijiet essenzjali taghhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow