Il-Prim Ministru jinawgura l-istabiliment il-gdid ta' Petrolea
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal li fiz-zmien li gej, in-nies tan-negozju se jkollhom opportunitajiet dejjem ahjar biex jifirxu l-hidma taghhom, kemm f'pajjizna u kemm barra. Il-Prim Ministru qal dan meta inawgura l-modernizzazzjoni ta' l-istabbiliment ta' Petrolea fil-Belt hamest ijiem qabel titnehha t-taxxa tal-VAT biex minflokha tidhol sistema ta' dazji u sistema ekwivalenti ghal dak li kien hemm f'pajjizna qabel l-1995.
Dr. Alfred Sant qal li huwa konvint li s-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni ghandha tkun ta' gid kemm ghall-konsumaturi u kemm ghan-negozju. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern il-gdid iwieghed li se jibqa' dejjem attent u interessat dwar kif jista' jghin lill-azjendi z-'zghar' tan-negozju ghax jara fihom mezz shih kif nistghu nsahhu s-sinsla ekonomika tal-pajjiz. Dr. Sant qal li l-inawgurazzjoni ta' dan l-istabbiliment hija sinjal iehor tal-fiducja li l-poplu Malti ghandu fil-futur tieghu.
Il-Prim Ministru qal li nistghu ma naqblux fuq dak li ghandu jsir mil-lum ghal ghada ... imma certament qed nuru li d-destin tal-Maltin jinsab f'idejn dawk id-ditti li bhal Petrolea matul is-snin baqghu juru sens ta' inizjattiva u impenn fil-qasam tal-kummerc.
'Lil hinn mill-kontroversji dwar din jew dik it-taxxa, il-Gvern jemmen li ghandna naghtu kull appogg lid-ditti bhal Petrolea. Minghajr kummerc, il-pajjiz jistagna. Meta l-kummerc jimxi 'l quddiem, il-pajjiz kollu jimxi 'l quddiem. Ghalhekk ma jistghax ma naghtix salut kbir lid-ditta Petrolea ... lill-familja Zarb ... ghall-mod kif haddmu n-negozju taghhom, minn decennju ghal iehor, minn generazzjoni ghal ohra', qal il-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru qal li b'investiment ghaqli, bhalma baqghet taghmel il-familja Zarb, b'hidma bla waqfien, b'investiment u sens ta' 'leadership', nistghu mhux biss nirbhu l-problemi li jiffaccjaw quddiemna, imma nisiltu minnhom vantaggi godda, waqt li nhejju ghal opportunitajiet godda. Dr. Sant esprima t-tama li dak li qed taghmel Petrolea llum, iservi ta' gwida ghan-nies kollha tan-negozju.
Il-Prim Ministru qal li aktar ma jghaddi zmien, aktar is-socjeta' taghna qed tifhem ir-rabta qawwija li hemm bejn l-interess tal-konsumatur u l-interess tan-negozjant. Aktar qed tnin il-fehma li l-interess tal-konsumatur u tan-negozjant huma bilfors kontra xulxin. Dr. Sant qal li fil-qafas ta' kompetizzjoni hielsa u gusta, kemm l-interess tal-konsumatur u kemm l-interess tan-negozjant jistghu jsibu l-bilanc taghhom. Il-Prim Ministru qal li dal-bilanc mhux biss huwa ta' min jixtiequ, imma hu wkoll prattiku, jista' u ghandu jsir fl-interess tas-socjeta' kollha.
Il-Prim Ministru tkellem dwar is-sens ta' hidma, l-inizjattiva u l- 'leadership' li huwa iddeskriva bhala kwalitajiet li jiddistingwu bil-kbir kull organizzazzjoni li tirnexxi f'ghanietha. Dr. Sant qal li ebda organizzazzjoni ma tista' tirnexxa jekk ma jkunx hemm dawn it-tliet kwalitajiet. 'Tista' tkun kumpannija tad-drammi jew partit politiku ... jekk ma jkunx hemm dawn it-tliet kwalitajiet, l-organizzazzjoni ma tistghax tirnexxi.'
Il-Prim Ministru qal li kieku ma kienx hemm hidma bla waqfien mill-membri tal-familja Zarb, 'kieku ma kienx ikun hemm illum l-istabbiliment prestiggjuz li ninsabu fih.' 'Kieku ma kienx hemm l-inizjattiva, kieku ma konniex naraw matul is-snin u l-generazzjonijiet, titjib ma jaqta' xejn fil-kwalita' tas-servizz.'
Il-Prim Ministru qal li l-istorja tal-familja Zarb tintrabat bil-kbir ma' l-izvilupp socjali u ekonomiku ta' pajjizna. Hi storja li toffri dehra shiha ta' kif f'pajjizna, minn generazzjoni ghal ohra, tjiebu l-livelli ta' l-ghajxien, ghax il-haddiema u l-impjegati taghna kisbu snajja' godda ta' xoghol .... u ghax in-negozjanti taghna sabu modi dejjem aktar moderni kif jilqghu ghall-aspirazzjonijiet u l-bzonnijiet tal-konsumaturi.
'Petrolea llum huma s-sinjal li l-fiducja fin-negozju hi hajja u qawwija f'pajjizna. Waqt li nifirhulhom tal-kisbiet li l-familja Zarb wettqet sal-lum, nagurawlhom li fiz-zmien li gej, u bl-istabbiliment il-gdid li qed nawguraw illum, ikomplu jkunu xiehda ta' kif in-negozju f'pajjizna jista' juri t-triq ghal hajja dejjem ahjar fl-interess tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha', temm jghid il-Prim Ministru.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901