Messagg ta' l-Onor Anton Refalo fil-Jum Dinji kontra l-abbuz tad-droga u t-traffikar illecitu taghha
Wara li iktar kmieni din is-sena l-Korp tal-Pulizija f'Ghawdex issahhah b'erba' membri, hemm il-hsieb li dan is-sajf l-istess Korp jibbenefika mis-servizzi ta' spettur iehor tal-pulizija. Barra minn hekk l-iskwadra ta' kontra d-droga fil-gzira giet attrezzata ahjar u l-membri taghha se jinghataw iktar tahrig. Qed tkun ippjanata wkoll sezzjoni tal-klieb ghal Ghawdex, li tkun imharrga fi tfittxija ghal droga.
Kif wieghed fil-programm elettorali tieghu, il-Gvern huwa impenjat bis-shih kontra dawk li jittraffikaw id-droga. Din il-politika hija riflessa f'mizuri li qed jittiehdu biex jissahhu korpi li jahdmu f'dan il-qasam. Fil-Qorti t'Ghawdex bhalissa hemm tmien kazi pendenti dwar reati konnessi ma' droga, tlieta minnhom huma akkuzi ta' pussess u traffikar.
Anke fil-qasam tad-droga hemm bzonn ta' koperazzjoni bejn l-Istat, il-Knisja u l-volontarjat biex titrazzan problema socjali li f'pajjizna nfirxet u laqtet hafna familji. L-emfasi trid tkun ukoll fuq prevenzjoni u ghalhekk programmi edukattivi bhal dawk immexxija mill-Agenzija Sedqa, qed jinghataw kull spazju fl-iskejjel pubblici. Barra minn hekk qed jithejja kors dwar aspetti ta' l-abbuz tad-droga u prevenzjoni, li ghandu jsir fic-Centru ghal Ghawdex ta' l-Universita' tul is-sena akkademika li jmiss.
L-appogg taghna naghtuh ukoll lil ghaqdiet li jwettqu prevenzjoni b'mod indirett, bhal ghaqdiet sportivi. Organizzazzjonijiet bhal dawn jinvolvu liz-zghazagh taghna f'attivita' siewja u ghalhekk qed insostnu bi skemi ta' ghajnuna finanzjarja ghal Ghaqdiet mhux governattivi. Il-vizjoni tieghi hi li l-futur ta' Ghawdex jinbena fuq zghazagh imrawma f'socjeta' li hija moralment, mentalment u fizikament stabbli u b'sahhitha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901