Il-Ministru Portelli f'Tahditiet mad-Deputat Direttur tal-Fond Socjali ghall-Izvilupp
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, dal-ghodu kellu tahditiet ma' Mr. Theodore Ivanov, Deputat Direttur tal-Fond Socjali ghall-Izvilupp, tal-Kunsill ta' l-Ewropa. F'dawn it-tahditiet gew esplorati oqsma ta' koperazzjoni futura bejn il-Ministeru ghad-Djar u l-Fond.
Bhalissa, l-Awtorita' tad-Djar ghandha self pendenti mal-Fond Socjali ghall-Izvilupp li kien sar biex jigu finanzjati progetti ta' djar u anke twaqqiegh ta' slums.
Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll is-Sur Alfred Fiorini Lowell, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghad-Djar, is-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar, Dr. Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali tal-Ministru. Mr. Ivanov kien akkumpajnat mis-Sur Victor Grech mid-Desk tal-Kunsill ta' l-Ewropa fil-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901