Left arrow Mur Lura

IIl-Ligi dwar Persuni d'Dizabilita' se titressaq qabel jaggorna l-Parlament

pr1228
Date Icon 25/06/1997

Il-Ligi dwar il-Persuni b'Dizabilita' intitolata GHAL OPPORTUNITAJIET INDAQS se titressaq mill-Gvern qabel il-Parlament jaggorna ghall-btajjel tas-Sajf. Il-White Paper li giet ippubblikata fil-granet li ghaddew diga' qanqlet il-kummenti ta' organizzazzjonijiet li jahdmu fil-qasam ta' persuni bi bzonnijiet specjali u bdew jibaghtu r-reazzjonijiet taghhom lill-Ministeru tal-Harsien Socjali. Genituri ta' tfal li jattendu skejjel specjali ta' l-istat qeghdin jistaqsu dwar punti li johorgu minn din il-White Paper. Kien hemm ukoll interess partikolari minn ghadd ta' kapijiet u ghalliema fi skejjel specjali li jkunu kuljum ma' tfal bi bzonnijiet specjali.

Din il-ligi hija mahsuba biex taghti opportunitajiet indaqs lil persuni b'dizabilita'. Il-ligi tkopri hames oqsma ewlenin, jigifieri ix-xoghol, l-edukazzjoni, l-access, il-provediment ta' prodotti, facilitajiet u servizzi u facilitajiet tad-djar.

Il-White Paper tipproponi t-twaqqif ta' Kummissjoni Nazzjonali ghal Kwistjonijiet ta' Dizabilita'. L-ghan tal-Kummissjoni huwa li tfassal u taggorna l-policies nazzjonali dwar kwistjonijet ta' dizabilita', jigu identifikati l-htigijiet ta' nies b'dizabilita', izzomm kuntatti ma' korpi lokali u barrannin li jahdmu f'dal-qasam, tissorvelja s-servizzi tal-Gvern lil persuni b'dizabilita', tohodha kontra d-diskriminazzjoni kontra l-persuni b'dizabilita', taghti ghajnuna legali u finanzjarja lil persuni b'dizabilta', tara li r-regolamenti ezistenti ma jmorrux kontra l-provvedimenti tal-Ligi u tipprovdi s-servizzi kollha mehtiega ghall-kisba tal-ghanijiet tal-Ligi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow