Ippubblikat ir-Rapport dwar Stharrig Amministrattiv dwar Proceduri ta' Sigurta' fl-Ajruport ta' Malta
Il-Gvern illum ippubblika r-rapport dwar stharrig amministrattiv dwar proceduri ta' sigurta' fl-Ajruport ta' Malta. Ir-rapport thejja minn Kumitat mahtur mill-Prim Ministru Dr. Alfred Sant biex iwettaq stharrig amministrattiv dwar proceduri tas-sigurta' fl-Ajruport ta' Malta ftit sighat wara li kien inhataf ajruplan ta' l-AIRMALTA fi triqtu lejn Istanbul fid-9 ta' Gunju 1997.
Il-Kumitat kien gie mitlub mill-Prim Ministru jistabilixxi jekk il-proceduri tas-sigurta' fl-Ajruport gewx segwiti kollha u jistharreg jekk hemmx lok fejn il-proceduri ezistenti tas-sigurta' ghall-harsien ta' titjiriet mill-Ajruport ta' Malta jigu mtejba.
Il-Gvern huwa determinat li jitratta s-sigurta' fl-Ajruport ta' Malta b'mod serju. Ir-rapport juri li l-Ajruport ta' Malta ghandu livelli internazzjonali maghrufin sew u li gew spezzjonati minn ghadd ta' spetturi barranin u misjuba bhala li jitqabblu tajjeb ma' dawk ta' ajruporti internazzjonali. Ir-rapport juri li waqt li s-sistema ta' sigurta' fl-Ajruport ta' Malta hija tajba hafna, hemm lok ghal titjib.
Ir-rapport jirrakkomanda lill-Gvern biex pajjizna jkollu legislazzjoni komprensiva u moderna li tipprovdi ghall-harsien b'mod organiku tas-Sigurta ta' l-Avjazzjoni - "Aviation Security Act". Biex ikun accertat li din il-legislazzjoni issa tinghata l-prijorita' li jisthoqqilha huwa rakkomandat li l-abbozz jithejja immedjatament u l-ligi tigi fis-sehh sa mhux aktar tard minn Marzu 1998. Hemm ghadd ta' rakkomandazzjonijiet ohra fir-Rapport li l-Gvern se jimplimenta strettament u fi zmien qasir.
Il-membri mahtura fil-Kumitat kienu is-Sur Joe A. Grima, Chairman, il-Brigadier Alfred Samut-Tagliaferro u s-Sur Martin L. Scicluna bhala membri u s-Sur Richard Saliba bhala Segretarju.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901