Il-Ministru ta' l-Industrija jhabbar Ezenzjonijiet mill-E.T.I. fuq firxa kbira ta' Prodotti ta' Materja Prima ghall-Industrija Lokali
Ghada ser tithabbar il-lista ta' prodotti ta' materja prima ghall-industrija li tipproduci ghas-suq lokali li ser ikunu ezentati mit-Taxxa tas-Sisa fuq l-Importazzjoni (ETI) u mid-Dazju. Din il-lista ser tinkludi firxa kbira ta' prodotti li l-aktar jintuzaw mill-industrija lokali, fosthom tipi diversi ta' karta, materjal fotografiku ghall-uzu industrijali, materja prima ghall-industrija tal-plastika, injam mastizz inkluz planki, materjal ghall-industrija tat-tessuti, materjal ghall-industrija tal-gilda, materjal ghall-industrija tal-gomma u tal-fibre-glass, materjal ghall-produzzjoni ta' cable ghall-elettriku, materjal ghall-industrija ta' l-irham u ceramika, materjal ghall-industrija ta' l-aluminju kif ukoll firxa wiesa ta' prodotti tal-hadid.
Dan thabbar illum mill-Ministru ghall-Industrija u Affarijiet Ekonomici, Dr John Attard Montalto, waqt zjarat ghand zewg fabbriki li jipproducu ghas-suq lokali. L-ewwel zjara kienet ghand Caliber Industries fil-qasam industrijali ta' San Gwann. Din il-kumpanija, li timpjega madwar tletin persuna, tipproduci varjetà ta' prodotti fl-oqsma ta' l-aluminju, ta' l-injam u tal-hgieg. Il-Ministru Attard Montalto zar ukoll il-kumpanija Techniplast, li wkoll timpjega madwar tletin persuna u topera fil-qasam industrijali ta' Kordin. Din il-kumpanija timmanifattura prodotti tal-plastika.
Waqt iz-zjara ghand it-Techniplast, Dr Attard Montalto ha interess kbir fix-xoghol li jsir f'din il-fabbrika fuq forom tal-metall li mbaghad jintuzaw fil-produzzjoni ta' oggetti tal-plastika. Dr Attard Montalto qal li l-Gvern japprezza l-importanza vitali tax-xoghol ta' l-inginerija ta' precizjoni jew tool-making (kif inhi aktar maghrufa), bhal produzzjoni ta' forom u ghodda industrijali ohra. Ghalhekk il-Gvern haseb li jghin lil dan il-qasam billi jezenta l-materja prima mehtiega ghat-tool-making, bhal forom jew moulds, mit-Taxxa tas-Sisa fuq l-Importazzjoni u mid-Dazju. Dan ser isir billi l-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp tohrog certifikat ghal kumpaniji li jaghmlu xoghol ta' tool-making jew lil tool-makers li jahdmu ghal rashom. Huwa qal li informazzjoni dettaljata dwar dan ser tithabbar fit-tlett ijiem li gejjin
Il-Ministru Attard Montalto habbar ukoll li fil-granet li gejjin ser jithabbru wkoll Guidelines dettaljati dwar kif anki l-artigjanat Malti u Ghawdxi ser ikun jista' jibbenefika minn ezenzjonijiet mit-Taxxa fuq is-Sisa ta' l-Importazzjoni u Dazju. Huwa fakkar ukoll li l-industrija tal-ikel u tal-medicini li tahdem ghas-suq lokali ser tgawdi minn ezenzjoni totali fuq il-materja prima taghha. Fil-fatt dawn iz-zewg setturi ser jigu meqjusa bhallikieku kienu industriji ghall-esportazzjoni, bil-vantaggi kollha li dawn ghandhom taht il-ligi l-gdida.
Dr Attard Montalto fisser kif fl-ahhar tlett gimghat, ufficjali gholja tal-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp u tad-Dipartiment tad-Dwana kellhom numru kbir ta' laqghat ma' industrijalisti u artigjani minn Malta u Ghawdex dwar il-materja prima li dawn jehtiegu ghall-produzzjoni taghhom. Il-Ministru osserva li dan il-process ta' konsultazzjoni kien ikun aktar facli u aktar komplet kieku il-Federazzjoni ta' l-Industrija kompliet tiddiskuti dan is-suggett mar-rapprezentanti tal-Gvern. Minkejja dan izda, il-Gvern, permezz ta' l-MDC u d-Dwana, ghamel minn kollox biex jifhem il-htigijiet ta' kull min, fil-qasam ta' l-industrija u l-artigjanat, ghamel xi rikjesta ghall-ezenzjoni mit-Taxxa tas-Sisa fuq l-Importazzjoni u Dazju.
Waqt iz-zjarat tieghu f'San Gwann u Kordin, il-Ministru ta' l-Industrija u Affarijiet Ekonomici wiegeb mistoqsijiet dwar kif it-tnehhija tal-VAT ser tivvantagga l-industrija u l-artigjanat f'Malta u Ghawdex. Huwa qal ukoll li l-ligi l-gdida, specjalment il-mekkanizmu ta' claw-back li permezz tieghu industrija li tesporta barra minn Malta tkun tista' tigbor lura minghand il-Gvern parti mill-ispiza ta' prodotti u servizzi industrijali mixtrija minn Malta, ser tghin lill-industrija ta' daqs medju u zghir billi tipprovdilhom il-possibiltà ta' swieq godda. Biex jirnexxu jbieghu lill-kumpaniji li jesportaw, izda, l-industriji zghar Maltin u Ghawdxin ser ikollhom jaghmlu sforz kbir biex itejbu l-kwalità tal-prodotti taghhom u biex jilhqu standards internazzjonali. Il-Gvern behsiebu jghinhom jaghmlu dan. Ghalhekk gie mwaqqaf l-Istitut il-gdid ghall-impriza z-zghira (IPSE).
It-tnehhija tal-VAT, il-mekkanizmu tal-claw-back, l-incentivi l-godda ghall-industrija li johorgu mill-emendi ricenti fil-ligi ta' l-Industrial Development Act, kif ukoll it-twaqqif ta' l-IPSE, ghandhom jitqiesu bhala l-ewwel passi fl-implimentazzjoni tal-progett ta' ristrutturazzjoni ta' l-industrija Maltija, qal il-Ministru.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901