Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex jiftah Wirja Agrikola fin-Nadur

pr1220
Date Icon 24/06/1997

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, inghaqad mal-komunita' tan-Nadur, Ghawdex, fil-wirja agrarja li giet organizzata mill-Kunsill Lokali tar-rahal, fl-okkazjoni tal-festa ta' l-Imnarja li tigi ccelebrata l-Hadd li gej.

Fil-wirja kien hemm esibiti prodotti tar-raba' imkabbra fir-rahal tan-Nadur, li huwa wiehed mill-iktar irhula agrikoli t'Ghawdex. Gew esebiti wkoll annimali mrobbija fl-irziezet tar-rahal. Is-Sindku tan-Nadur, Eucharist Camilleri, qal li l-organizazzjoni tal-wirja hija parti mill-impenn tal-Kunsill favur il-biedja fin-Nadur. Fost ix-xoghol li l-Kunsill wettaq f'dan il-qasam kien hemm it-tiswija ta' passaggi uzati mill-bdiewa biex jaslu fl-ghelieqi taghhom.

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, fahhar l-inizjattiva tal-Kunsill u qal li llum il-qasam tal-biedja tehtieglu attenzjoni partikolari biex jissahhah u ma jintilfux ir-rizorsi ezistenti. Dr Refalo qal li minn 3000 bidwi f'Ghawdex, 100 biss jahdmu fuq bazi full time u kull policy li titfassal ghal dan il-qasam trid tikkunsidra din ir-realta'. Dr Refalo qal li l-Gvern jaghti importanza kbira lill-qasam agrikolu f'Ghawdex u huwa mpenjat li jsostnih b'kull ghajnuna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow