Left arrow Mur Lura

Wirja mill-iskola ta' l-Arti t'Ghajnsielem

pr1215
Date Icon 23/06/1997

L-Iskola ta' l-Arti t'Ghajnsielem tul din il-gimgha qed tesibixxi xoghlijiet ta' l-istudenti taghha fis-Sala ta' l-Esibizzjonijiet tas-Segretarjat ghal Ghawdex. Il-wirja tinkludi xoghol ta' arti u artiggjanat bhal induratura, bizzilla, pittura u skultura.

Min izur din il-wirja jista' jammira, fost affarijiet ohra, xoghol mirqum bl-idejn fl-injam li llum huwa ferm apprezzat, u skultura f'materjal iehor bhat-tafal. Arloggi Maltin bl-induratura, statwi u skultura ohra anke f'ghamara, bizzilla b'disinni diversi u tpingijiet biz-zejt jew water colours huma whud mix-xoghlijiet esebiti mill-Iskola.

Il-wirja giet inawgurata mill-Prim Ministru Dr Alfred Sant u se tibqa' miftuha ghall-pubbliku sa nhar il-Hamis 26 ta' Gunju.


L-Iskola ta' l-Arti, f'Ghajnsielem

L-Iskola ta' l-Arti toffri korsijiet fuq baúi part-time f'suggetti bhal tpingija biz-zejt jew bil-water colours,induratura, bizzilla, skultura fl-injam u xoghol ta' mmudellar ta' tafal. Ir-registrazzjoni ta' studenti ssir fl-ewwel tlett gimghat ta' Settembru permezz ta' formoli li jinkisbu mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni. Fis-sena skolastika li jmiss se jigu introdotti korsijiet godda ta' pyrography (krejazzjonijiet fl-injam permezz tas-saldatur), kors ta' stained glass u iehor dwar xoghol ta' ceramika.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow