Left arrow Mur Lura

Il-Vici Prim Ministru George Vella f'tahditiet fl-Istati Uniti

pr1202
Date Icon 20/06/1997

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, nhar it-Tlieta se jmur New York biex jindirizza d-Dsatax-il Sessjoni Specjali ta' l-Assemblea Generali tal-Gnus Maghquda. Din is-Sessjoni, li se tiltaqa' bejn it-23 u s-27 ta' Gunju 1997, se tinzamm biex taghti harsa kritika fuq l-implementazzjoni ta' Agenda 21, li l-Konferenza tal-Gnus Maghquda fuq l-Ambjent u l-Izvilupp (UNCED) kienet addottat f'Rio de Janeiro fl-1992.

Kif ikun New York , il-Vici Prim Ministru se jiltaqa' mal-Komunita' Maltija f'din il-belt.

Minn New York, Dr Vella se jibqa' sejjer Washington D.C. ghal laqgha ma' Alexander Vershbow, li huwa l-Assistent Specjali tal-President Clinton u Senior Director ghall-Affarijiet Ewropej fin-National Security Council . Dr Vella se jkollu wkoll tahditiet mas-Sotto-Segretarju ta' l-Istat ghall-Affarijiet Politici, Thomas Pickering.

Dr Vella se jkun intervistat minn Stephen Rosenberg, id-Deputat Editur tal-Pagna Editorjali tal-Washington Post, kif ukoll se jaghmel tahdita fin-National Press Club fuq "Il-Politika Ewro-Mediterranja Maltija."

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow