Prezentazzjoni ta' Certifikati
Ic-Centru ta' Ghawdex ta' l-Universita' temm is-sena akkademika bil-prezentazzjoni ta' certifikati lil madwar sittin student li temmew korsijiet ta' music appreciation, refresher course in mid-wifery u korsijiet ohra ta' l-Universita' tat-Tielet Eta'. Il-prezentazzjoni tac-certifikati saret mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo.
Dr Refalo qal li r-relazzjonijiet diga' tajba li s-Segretarjat tieghu ghandu mac-Centru se jkomplu jissahhu favur l-ahjar interessi ta' l-edukazzjoni terzjarja fil-gzira. Huwa qal li hemm qbil li c-Centru ma jservix biss ghal korsijiet akkademici, izda wkoll bhala post ta' ricerka u studju dwar aspetti direttament relatati ma' l-izvilupp li jkun qed isehh f'Ghawdex, partikolarment fl-isfond tat-twaqqif tal-Kunsill Regjonali ghal Ghawdex. F'dan il-kuntest jinkwadraw ukoll il-pjanijiet ghal centru ta' l-istatistika dwar Ghawdex.
Id-Direttur tac-Centru, il-Professur Lino Briguglio qal li c-Centru espona iktar lill-Ghawdxin ghal edukazzjoni terzjarja u b'hekk qed ighin biex tikber il-kultura universitarja f'Ghawdex. Qedghin isiru arrangamenti sabiex tul is-sena akkademika li jmiss jibdew korsijiet godda, fosthom dak ta' Consumer Education, Prevention of Drug Substance Abuse u kors iehor dwar aspetti ambjentali. Dr Briguglio temm ighid li jekk ikun hemm interess minn naha tal-pubbliku, ic-Centru jitlob lill-Fakulta ta' l-Arti sabiex jibda kors iehor tal-BA.
Fic-Centru ta' l-Universita' f'Ghawdex dalwaqt jigi fi tmiemu l-ewwel BA Degree Course li beda 5 snin ilu, bi 28 student; se jintemm ukoll fi zmien qasir id-Diploma Course in Commerce b'20 student. Dan il-kors ttella' kompletament u sar biss fic-Centru t'Ghawdex; kors iehor li ghadu ghaddej huwa dak ghal Diploma in Education(Administration & Management) li ghalih qed jattendu 35 ghalliem li jaspiraw ghal pozizzjonijiet ta' kapijiet u assistenti kapijiet ta' skejjel.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901