Koperazzjoni bejn is-Segretarjat ghal Ghawdex u Djocesi tal-Gzira
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, l-Isqof t'Ghawdex, Mons. Nikol Cauchi u s-Sindku tar-Rabat, is-Sur Paul Galea, iltaqghu fil-Kurja ta' l-Isqof, ir-Rabat. Huma bdew tahditiet dwar koperazzjoni ikbar bejniethom bil-ghan li jkun hemm tlaqqigh ahjar tar-rizorsi ezistenti ta' l-Istat u l-Knisja fi progetti li minnhom ghandha tibbenefika s-socjeta' fil-futur. Ghal din il-laqgha kien prezenti wkoll Dun Manwel Curmi, Segretarju ghall-Caritas Djocesana.
B'rizultat ta' din l-ewwel laqgha ghandu jigi ffurmat Kumitat li jirrapprezenta lit-tliet partijiet fid-diskussjonijiet li se jitkomplew. Wiehed mill-ewwel progetti li hemm qbil dwaru huwa l-bini ta' day centre ghall-anzjani f'art li taghmel parti mill-Konservatorju ta' l-Isqof, fir-Rabat. L-iskop huwa li c-centru jilqa' anzjani u joffrilhom wens matul il-gurnata.
L-istess Kumitat ghandu jahdem fuq tishih tas-servizz ta' day care centre ghat-tfal, li d-Djocesi t'Ghawdex bdiet thaddem fil-Konservatorju, f'Ottubru tas-sena li ghaddiet. Hemm il-hsieb li dan is-servizz ikompli jigi zviluppat bl-ghajnuna ta' l-Istat.
Dr Anton Refalo qal li fis-socjeta' tal-lum il-koperazzjoni bejn Knisja u Stat biex jigu zviluppati l-ahjar servizzi komunitarji hija importanti hafna. Huwa qal li shubija bejn iz-zewg partijiet f'dan il-qasam twassal ghal uzu ghaqli ta' rizorsi ezistenti, u tevita duplikazzjoni ta' progetti. Min-naha tieghu l-Isqof Cauchi esprima appogg shih ghal din it-tip ta' koperazzjoni u qal li d-Djocesi lesta tiddiskuti l-ahjar uzu li jista' isir tar-rizorsi taghha u ta' l-Istat, ghall-beneficcju tal-komunita'.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901