Left arrow Mur Lura

Wens fis-Sajf ghal Tfal bi bzonnijiet specjali

pr1186
Date Icon 18/06/1997

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, u l-Ministru ta' l-Edukazzjoni u l-Kultura, is-Sur Evarist Bartolo, iltaqghu ma' edukaturi u genituri ta' tfal tal-unit specjali fl-Iskola Primarja ta' Sannat. F'din il-laqgha gew spjegati l-ghanijiet tal-progett 'Wens is-Sajf' li permezz tieghu tfal bi bzonnijiet specjali jqattghu l-vaganzi tas-sajf f'ambjent rikreattiv, imwennes minn kura individwali u socjali. F'Malta, tfal mill-Iskola Specjali San Miguel se jibbenefikaw mill-istess progett.Fil-laqgha, il-Ministru Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Anton Refalo semghu il-kummenti u x-xewqat tal-genituri dwar il-bzonnijiet tat-tfal taghhom.

Il-Ministru Evarist Bartolo qal li l-involviment ta' tfal bi bzonnijiet specjali f'attivita' ta' dan it-tip, tevita li t-tfal jitilfu l-abiltajiet li jkunu kisbu tul is-sena skolastika. Barra minn hekk il-kontinwita' tal-kura li jinghataw fis-sajf isservi biex it-tfal ibatu inqas biex jirkupraw it-taghlim meta terga' tibda s-sena skolastika. 'Wens fis-Sajf' se jkun mifrux bejn il-21 ta' Lulju u d-29 ta' Awissu filwaqt li saret talba lill-Ministeru tas-Sahha biex fizjoterapisti, speech therapists u occupational therapists li kienu fl-iskola San Miguel tul is-sena skolastika, ikomplu jaghtu servizzi tul il-progett. Sitt itfal bi bzonnijiet specjali mill-Iskola Ta' Sannat se jkunu inkluzi ma' studenti mill-mainstream, fl-iskejjel tar-rahal taghhom stess li jkunu miftuha ghas-summer school.

Qed tkun diskussa wkoll il-possibilta' li l-iskejjel sekondarji tar-Rabat ikollhom huma wkoll unit li jilqa' fih studenti bi bzonnijiet specjali u li jahdem fuq l-istess linji tal-unit ta' Sannat. F'unit ta' dan it-tip, l-istudenti jinghataw dik il-kura kollha li ghandhom bzonn li tippreparahom biex imbaghad ikunu inkluzi fi klassijiet tal-mainstream. Dr Refalo qal li l-unit ta' Sannat se jibqa' jircievi l-assistenza li ghandu bzonn fil-hidma siewja li qed iwettaq filwaqt li qal li l-ftuh ta' units ohra fi skejjel sekondarji hija suggeriment li se jigi kkunsidrat bis-serjeta'.

Studenti universitarji Ghawdxin qed ikunu mhajra jissiehbu f'dan il-progett li ghandu jservi ta' opportunita' ghalihom biex jiksbu esperjenza prattika fil-kura ta' tfal bi bzonnijiet specjali. Studenti interessati qed jircievu kull informazzjoni mehtiega, anke bi zjajjar lill-Fondazzjoni Eden. 'Wens fis-sajf' hija ezempju ta' inizjattiva bi shubija bejn il-Ministeru, l-Universita', id-Divizjoni, agenziji privati bhall-Fondazzjoni Eden u l-iskejjel ghall-gid ta' tfal bi bzonnijiet specjali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow