Delegazzjoni tiddiskuti l-Problemi ta' l-Isptar Generali ta' Ghawdex
Delegazzjoni maghmula mill-Ministru tas-Sahha Dr Michael Farrugia, is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo u l-membri tal-Kummissjoni li qed thejji rapport dwar l-Isptar Generali t'Ghawdex, ghamlet zjara fis-swali u d-dipartimenti ta' l-istess Sptar. Din iz-zjara saret fid-dawl tar-rapport li l-Kummissjoni qed thejji dwar l-istess Sptar, rapport li ntalab mill-Prim Ministru Dr Alfred Sant.
Tul din iz-zjara, il-membri tad-delegazzjoni ddiskutew fil-post, flimkien mad-dirigenti u l-haddiema, is-sitwazzjoni ta' l-Isptar. Problema li qed tinhass partikolarment f'dawn il-jiem hija s-shana fis-swali fejn ma hemmx apparat ta' l-arja kundizzjonata. L-istruttura ta' l-Isptar, li hija ta' sular wiehed u baxx, bi twieqi zghar li jinfethu parzjalment, tiffavorixxi ambjent shun, b'inkonvenjent ghall-pazjenti u l-haddiema. L-estensjoni ta' apparat ta' l-arja kundizzjonata fis-swali kollha tal-pazjenti qed tkun meqjusa bhala prijorita' fix-xoghlijiet li jridu jitwettqu fl-isptar.
Xoghlijiet ohra li se jsiru jinkludu tibdil strutturali f'partijiet ta' l-isptar b'mod li jittejjeb l-ambjent kemm ghal min jahdem fih kif ukoll ghal min jaghmel uzu mis-servizzi offruti. Huwa mahsub ukoll li l-kcejjen tas-swali ta' l-isptar jigu modernizzati.
Id-delegazzjoni qablet li s-sitwazzjoni fl-Isptar ghandha tigi mtejba f'diversi livelli biex ikun assigurat li jitjiebu s-servizzi finali ghall-pazjenti nfushom.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901