Left arrow Mur Lura

L-Avvizi Legali dwar is-Sistema l-Gdida ta' Tassazzjoni se jkunu finalizzati sa tmiem il-gimgha

pr1181
Date Icon 18/06/1997

Ix-xoghol fuq l-avvizi legali li jimplimentaw il-Ligi l-gdida tat-Taxxa tad-Dwana u Sisa mistenni jigi finalizzat sa tmiem din il-gimgha. Dan se jkompli jispjega d-dettalji ta' l-implimentazzjoni tas-Sistema l-gdida ta' Tassazzjoni addattata ghac-cirkostanzi partikolari ta' pajjizna. Dan qalu l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant waqt laqgha ta' informazzjoni ghas-'self-employed' fil-Lukanda Holiday Inn f'Tas-Sliema. Il-Prim Ministru qal li matul ix-xhur li ghaddew il-Gvern kien f'konsultazzjoni diretta ma' l-ghaqdiet tan-negozju biex jigu simplifikati l-proceduri minn kif dehru fl-abbozz ta' Ligi li kien gie ippubblikat aktar kmieni dan ix-xahar.

Il-Prim Ministru qal li ghall-ewwel darba l-avvizi legali gew ippubblikati f'forma ta' abbozz biex ikun hemm konsultazzjoni ma' l-ghaqdiet tan-negozju. Dan sar biex il-Gvern ikun jista' jircievi l-kummenti u jirrevedi l-proceduri skond il-bzonnijiet ta' l-ekonomija taghna.

Il-Prim Ministru qal li fl-ewwel gimghat li se tihdol is-Sistema gdida ta' Tassazzjoni se titwaqqaf 'Task-Force' temporanja biex tghin fl-implimentazzjoni tas-sistema l-gdida. Dr. Alfred Sant qal li barra minn hekk il-Lotterija abbinati ma' l-ircevuti mill- 'Cash Registers' se ssir ghall-ewwel darba fl-ewwel gimgha ta' Lulju biex wara tibqa' ssir kull gimghatejn.

Il-Prim Ministru tkellem dwar it-tibdil tekniku li se jkollu jsib fil- 'Cash Registers' biex ikunu kompatibbli mas-Sistema l-gdida. Dr. Sant qal li dan kien inkluz fil-pakkett ta' ftehim li intlahaq mal-Korpi Kostitwiti, marbut ma' kif se jsiru r- 'refunds' fuq 'stocks' ezistenti fl-1 ta' Lulju. Dan il-pakkett kien vantaggjuz hafna ghan-negozju u ghalhekk il-Gvern ihoss li m'hemmx lok li jikkonsidra l-hlas ta' l-ispejjez involuti fit-tibdil tal-'Cash Registers'.

Il-Prim Ministru qal li s-Sistema l-gdida tat beneficcji kbar lis-'self-employed' u iffrankatilhom mijiet ta' liri f'xoghol ta' karti zejda, hlas zejjed ghax-xoghol amministrattiv li kienu jaghmlu bit-taxxa tal-VAT u mhumiex se jibqghu kolletturi tat-taxxa ghall-Gvern. L-ispejjez involuti fit-tibdil tekniku fil-'Cash Registers' jammontaw ghal madwar Lm15 u komparat ma' l-ispejjez zejda li mhux se jibqghu jhallsu bis-Sistema l-gdida, wiehed jifhem kemm din l-ispiza hija minima.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-ezercizzju li ghadu ghaddej dwar l-ezenzjoni fuq materja prima ghall-industriji lokali. Dr. Sant qal li ghad hemm setturi differenti industrijali li qeghdin jaghmlu l-kummenti taghhom lill-Gvern dwar dawn l-ezenzjonijiet. Il-Gvern, enfasizza l-Prim Ministru, huwa dispost li jkompli jtejjeb il-proposti tieghu dwar dawn l-ezenzjonijiet mahsubin skond il-bzonnijiet tas-socjeta' u ta' l-industrija Maltija.

Waqt il-laqgha saru spjegazzjonijiet dwar diversi oqsma tan-negozju fosthom s-settur turistiku, il-qasam tar-reklamar, l-industrija ta' l-istampar, importazzjoni ta' oggetti ghall-industrija ta' l-ikel, prodotti agrikoli ghall-industrija lokali u ghas-suq lokali, l-industrija ta' l-artiggjanat. Ghal-laqgha kien hemm prezenti wkoll il-Ministru tal-Finanzi u Kummerc is-Sur Leo Brincat u l-Avukat Gavin Gulia, Segretarju Parlamentari ghas-Self-Employed.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow