L-I.L.O. twieghed ghajnuna teknika lill-Gvern Malti fil-qasam tas-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol
L-Góaqda Dinjija tax-Xogóol, l-ILO, wegódet góajnuna teknika lill-Gvern Malti fil-qasam tas-saóóa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogóol. Dan irriúulta minn laqgóa li l-Ministru góall-Óarsien Soðjali Edwin Grech kellu ma' Dr. Juka Takala, il-Kap tal-fergóa tas-Saóóa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogóol fi ódan l-ILO.
Din il-laqgóa saret matul iú-újara li l-Ministru Grech góamel f' Íinevra bejn il-Óamis li góadda u l-bieraó, li matulha indirizza is-sessjoni plenarja tal-konferenza íenerali ta' l-ILO.
Fil-laqgóa li l-Ministru Grech kellu ma' Dr. Takala, l-ILO wegódet li tibgóat uffiðjali minn tagóha f' Malta biex jagótu lectures u góajnuna teknika oóra fil-qasam tas-saóóa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogóol. L-ILO qed tikkunsidra wkoll li toffri lill-Gvern Malti góajnuna oóra billi uffiðjali Maltin li jaódmu fil-qasam tas-saóóa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogóol jintbgóatu f' pajjiúi barranin biex ikomplu jitóarríu f' dan il-qasam.
Il-Ministru Edwin Grech kellu wkoll laqgóa interessanti ma' Ms. Olga Keltosova, Ministru tax-Xogóol, Affarijiet Soðjali u tal-Familja tar-Repubblika Slovakka. Il-Ministru Keltosova inðidentalment inóatret bóala l-President tal-85 sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali tax-Xogóol tal-ILO.
Matul din il-laqgóa Malta u s-Slovakkja ddiskutew il-Konferenza Internazzjonali góall-Ministri tas-Sigurta' Soðjali tal-pajjiúi membri fil-Kunsill ta' l-Ewropa li se ssir f' Malta s-sena d-dieóla. Ms. Keltosova se tkun il-viði-chairperson ta' din il-konferenza minóabba, li r-Repubblika Slovakka se torganizza din l-istess konferenza fis-sena 2001. Fil-laqgóa íiet diskussa wkoll il-qagóda tas-sigurta' soðjali fiú-úewí pajjiúi.
Wara l-laqgóa mal-Ministru Keltosova, il-Ministru Grech íie intervistat mill-istazzjon televiúiv ta' l-istat Slovakk.
Il-Ministru góall-Óarsien Soðjali Edwin Grech kellu wkoll laqgóa informali mar-Re Hussein tal-Íordan waqt ikla mogótija mill-istess Re tal-Íordan u kif ukoll laqgóa ma' Dr. Michael Hansenne, Direttur Íenerali tal-ILO.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901