Ipprezentat Cheque lis-Socjeta' Maltija tas-Salib l-Ahmar
Is-Sur Joe Mizzi, Ministru minghajr Portafoll fl-Ufficcju tal-Prim Ministru dalghodu pprezenta cekk ta' Lm6,000 lill-President tas-Socjeta' Maltija tas-Salib l-Ahmar, il-Professur Fredrick Fenech, fil-prezenza tas-Sur Louis Cilia, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Interni, u s-Sur Joe Micallef, Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.
Il-Ministru fahhar l-inizjattiva tal-Kumitat tas-Socjeta' Maltija tas-Salib l-Ahmar u l-hidma taghhom u sahaq li jehtieg li jkun hemm aktar kordinazzjoni fl-oqsma komuni li jikkoncernaw il-Protezzjoni Civili bejn il-Gvern u l-volontarjat. Huwa fahhar s-sehem tas-socjeta' fil-qasam tal-protezzjoni civili.
Is-Sur Micallef qal li f'Settembru li gej se jsir Psycological First Aid Course bil-ghan li l-ghaqdiet volontarji jkunu jistghu jaghtu aktar kontribut f'kaz ta' krizi.
Il-Prof. Fenech, waqt li rringrazzja lill-Ministru tal-ghotja stiednu jzur il-Kwartieri tas-Socjeta' Maltija tas-Salib l-Ahmar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901